|
+Artikolu 44 Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità superviżorja ---+Article 44 1. ---+Article 44 2. |
Artikolu 44 Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità superviżorjaArtikolu 44 Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità superviżorja 1. Kull Stat Membru għandu jipprevedi bil-liġi għal dawn kollha li ġejjin: (a) it-twaqqif ta' kull awtorità superviżorja; (b) il-kwalifiki u l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà meħtieġa għall-ħatra bħala membru ta' kull awtorità superviżorja; (c) ir-regoli u l-proċeduri tal-ħatra tal-membru jew tal-membri ta' kull awtorità superviżorja; (d) it-tul tal-mandat tal-membru jew membri ta' kull awtorità superviżorjata' mhux inqas minn erba' snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara s-6 ta' Mejju 2016, li parti minnha jista' jseħħ għal perijodu iqsar fejn dak ikun neċessarju għall-ħarsien tal-indipendenza tal-awtorità superviżorja permezz ta' proċedura ta' ħatra mqassma; (e) jekk u, jekk ikun il-każ, għal kemm il-mandat, il-membru jew membri ta' kull awtorità superviżorja għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid; (f) il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-obbligi tal-membru jew membri u l-persunal ta' kull awtorità superviżorja, il-projbizzjonijiet ta' azzjonijiet, okkupazzjonijiet u benefiċċji inkompatibbli ma' dawn matul u wara l-mandat u r-regoli li jirregolaw it-tmiem tal-impjieg. 2. Il-membru jew membri u l-persunal ta' kull awtorità superviżorja għandhom, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi tal-Istat Membru, ikunu soġġetti għad-dmir tas-segretezza professjonali kemm waqt il-mandat tagħhom kif ukoll wara, fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jkunu saru jafu biha fil-kors tal-qadi tal-kompiti tagħhom jew l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom. Matul il-mandat tagħhom, dak id-dmir li tinżamm is-segretezza professjonali għandu japplika b'mod partikolari għar-rappurtar minn persuni fiżiċi ta' ksur ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|