|
+Artikolu 62 Rapporti tal-Kummissjoni ---+Article 62 1. ---+Article 62 2. ---+Article 62 3. ---+Article 62 4. ---+Article 62 5. ---+Article 62 6. |
Artikolu 62 Rapporti tal-KummissjoniArtikolu 62 Rapporti tal-Kummissjoni 1. Sas-6 ta' Mejju 2022, u kull erba' snin minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi. 2. Fil-kuntest ta' dawn l-evalwazzjonijiet u rieżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha teżamina, b'mod partikolari, l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-Kapitolu V dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b'mod partikolari fir-rigward ta' deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 39. 3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji. 4. Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u ta' entitajiet jew sorsi rilevanti oħra. 5. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa bil-ħsieb li tkun emendata din id-Direttiva, b'mod partikolari filwaqt li tqis l-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informatika u fid-dawl tal-istat ta' progress fis-soċjetà tal-informazzjoni. 6. Sas-6 ta' Mejju 2019, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina atti legali oħra adottati mill-Unjoni li jirregolaw l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 60, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinjahom ma' din id-Direttiva u tagħmel, fejn adatt, il-proposti meħtieġa sabiex temenda dawk l-atti biex tiżgura approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|