+Artikolu 5b Partijiet Dipendenti tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali
---+Artikolu 5b 1.
---+Artikolu 5b 2.
---+Artikolu 5b 3.
---+Artikolu 5b 4.
---+Artikolu 5b 5.
---+Artikolu 5b 6.
---+Artikolu 5b 7.
---+Artikolu 5b 8.
---+Artikolu 5b 9.
---+Artikolu 5b 10.
---+Artikolu 5b 11.
|
Artikolu 5b Partijiet Dipendenti tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5b 1.
|
Meta parti dipendenti jkollha l-intenzjoni li tiddependi fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi jew privati permezz ta’ interazzjoni diġitali, il-parti dipendenti għandha tirreġistra fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita.
|
|
Artikolu 5b 2.
|
Il-proċess ta’ reġistrazzjoni għandu jkun kosteffettiv u proporzjonat għar-riskju. Il-parti dipendenti għandha tipprovdi mill-inqas:
(a)
l-informazzjoni meħtieġa għall-awtentikazzjoni fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, li bħala minimu tinkludi:
(i)
l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-parti dipendenti; u
(ii)
l-isem tal-parti dipendenti u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha kif iddikjarat f’rekord uffiċjali flimkien mad-data ta’ identifikazzjoni ta’ dak ir-rekord uffiċjali;
(b)
id-dettalji ta’ kuntatt tal-parti dipendenti;
(c)
l-użu maħsub tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, inkluż indikazzjoni tad-data li għandha tintalab mill-parti dipendenti mingħand l-utenti.
|
|
Artikolu 5b 3.
|
Il-partijiet dipendenti ma għandhomx jitolbu lill-utenti jfornu xi data għajr dik indikata skont il-paragrafu 2, il-punt (c).
|
|
Artikolu 5b 4.
|
Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li hija applikabbli għall-forniment ta’ servizzi speċifiċi.
|
|
Artikolu 5b 5.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli online għall-pubbliku f’forma ffirmata jew issiġillata elettronikament adatta għall-ipproċessar awtomatizzat.
|
|
Artikolu 5b 6.
|
Il-partijiet dipendenti rreġistrati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni fornuta fir-reġistrazzjoni skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 5b 7.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu mekkaniżmu komuni li jippermetti l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni tal-partijiet dipendenti, kif imsemmi fl-Artikolu 6a(5)(c).
|
|
Artikolu 5b 8.
|
Meta l-partijiet dipendenti jkollhom l-intenzjoni li jiddependu minn Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, huma għandhom jidentifikaw lilhom infushom lill-utent.
|
|
Artikolu 5b 9.
|
Il-partijiet dipendenti għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċedura għall-awtentikazzjoni u għall-validazzjoni tad-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuni u ta’ attestazzjoni elettronika tal-attributi mitluba mill-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali. Il-partijiet dipendenti ma għandhomx jirrifjutaw l-użu ta’ psewdonimi, sakemm l-identifikazzjoni tal-utent ma tkunx meħtieġa mill-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
|
|
Artikolu 5b 10.
|
L-intermedjarji li jaġixxu f’isem il-partijiet dipendenti għandhom jitqiesu partijiet dipendenti u ma għandhomx jaħżnu data dwar il-kontenut tat-tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 5b 11.
|
Sal-21 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri tekniċi għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2, 5 u 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kif imsemmija fl-Artikolu 5a(23). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|