|
+Artikolu 19a 1. |
Artikolu 19a 1.Fornitur mhux kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li jipprovdi servizzi fiduċjarji mhux kwalifikati għandu:
(a)
ikollu politiki xierqa u jieħu miżuri korrispondenti biex jiġġestixxi riskji legali, kummerċjali, operazzjonali u riskji diretti jew indiretti oħrajn għall-forniment tas-servizz fiduċjarju mhux kwalifikat li minkejja l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, għandhomjinkludu mill-inqas il-miżuri relatati ma’:
(i)
proċeduri ta’ reġistrazzjoni u ta’ onboarding għal servizz fiduċjarju;
(ii)
kontrolli proċedurali jew amministrattivi meħtieġa biex jiġu pprovduti servizzi fiduċjarji;
(iii)
il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ servizzi fiduċjarji;
(b)
jinnotifika lill-korp superviżorju, lill-individwi milquta identifikabbli, lill-pubbliku jekk ikun fl-interess pubbliku u, fejn applikabbli, lil awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, bi kwalunkwe ksur tas-sigurtà jew tfixkil fil-forniment tas-servizz jew fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (a), (i), (ii) jew (iii), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-servizz fiduċjarju pprovdut jew fuq id-data personali miżmuma fih, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkunu saru jafu b’xi ksur tas-sigurtà jew tfixkil. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|