|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Fornitur ta’ servizzi fiduċjarju kwalifikat li jipprovdi servizzi fiduċjarji kwalifikati għandu:
(a)
jinforma lill-korp superviżorju mill-inqas xahar qabel ma jimplimenta kwalunkwe bidla fil-forniment tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati tiegħu jew mill-inqas tliet xhur f’każ ta’ intenzjoni li jwaqqaf dawk l-attivitajiet;
(b)
jimpjega persunal u, jekk applikabbli, subkuntratturi li jkollhom il-kompetenza esperta, l-affidabbiltà, l-esperjenza, u l-kwalifiki meħtieġa u li jkunu rċevew taħriġ adatt rigward ir-regoli dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ta’ data personali u għandu japplika proċeduri amministrattivi u ta’ ġestjoni, li jikkorrispondu ma’ standards Ewropej jew internazzjonali;
(c)
fir-rigward tar-riskju ta’ responsabbiltà għal ħsara f’konformità mal-Artikolu 13, iżomm riżorsi finanzjarji suffiċjenti u/jew jikseb assigurazzjoni adatta fuq ir-responsabbiltà, f’konformità mal-liġi nazzjonali;
(d)
qabel jidħol f’relazzjoni kuntrattwali, jinforma, b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment, fi spazju aċċessibbli għall-pubbliku u individwalment, lil kwalunkwe persuna li tkun qed tfittex li tuża servizz fiduċjarju kwalifikat dwar it-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi rigward l-użu ta’ dak is-servizz, inkluż kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tiegħu;
(e)
juża sistemi u prodotti affidabbli li jkunu protetti kontra modifiki u jiżgura s-sigurtà teknika u l-affidabbiltà tal-proċessi appoġġati minnhom, inkluż l-użu ta’ tekniki kriptografiċi xierqa;
(f)
juża sistemi affidabbli biex jaħżen d-data mogħtija lilu, f’forma verifikabbli sabiex:
(i)
din tkun disponibbli pubblikament għal irkupru biss fejn ikun inkiseb il-kunsens tal-persuna li dik id-data tkun relatata magħha,
(ii)
il-persuni awtorizzati biss ikunu jistgħu jdaħħlu entrati u bidliet fid-data maħżuna,
(iii)
id-data tkun tista’ tiġi vverifikata għall-awtentiċità;
(fa)
minkejja l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, ikollu politiki xierqa u jieħu miżuri korrispondenti biex jiġġestixxi riskji legali, kummerċjali, operazzjonali u riskji diretti jew indiretti oħra għall-forniment tas-servizz fiduċjarju kwalifikat, inkluż mill-inqas miżuri relatati ma’ dawn li ġejjin:
(i)
proċeduri ta’ reġistrazzjoni u ta’ onboarding għal servizz;
(ii)
kontrolli proċedurali jew amministrattivi;
(iii)
il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tas-servizzi;
(fb)
jinnotifika lill-korp superviżorju, lill-individwi milquta identifikabbli, lill-korpi kompetenti rilevanti oħra fejn applikabbli u, fuq talba tal-korp superviżorju, lill-pubbliku jekk dan ikun fl-interess pubbliku, bi kwalunkwe ksur tas-sigurtà jew tfixkil fil-forniment tas-servizz jew fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (fa)(i), (ii) or (iii), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-servizz fiduċjarju pprovdut jew fuq id-data personali miżmuma fih, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa mill-inċident;
(g)
jieħu miżuri xierqa kontra l-falsifikazzjoni, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tad-data jew kontra min, mingħajr dritt, iħassar id-data, jibdilha jew jagħmilha inaċċessibbli;
(h)
jirreġistra u jżomm aċċessibbli sakemm ikun meħtieġ wara li l-attivitajiet tal-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jkunu waqfu, kull informazzjoni rilevanti dwar data maħruġa u riċevuta mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari għall-fini li tiġi pprovduta evidenza fi proċedimenti legali u għall-fini li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz. Din ir-reġistrazzjoni tista’ ssir b’mod elettroniku;
(i)
ikollu pjan ta’ terminazzjoni aġġornat sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz f’konformità mad-dispożizzjonijiet li huma vverifikati mill-korp superviżorju skont l-Artikolu 46b(4), il-punt (i); ▼M2 —————
(k)
fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħorġu ċertifikati kwalifikati, jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta’ data taċ-ċertifikati. Il-korp superviżorju jista’ jitlob informazzjoni minbarra l-informazzjoni notifikata skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jew ir-riżultat ta’ valutazzjoni tal-konformità u jista’ jikkondizzjona l-għoti tal-permess biex jimplimenta l-bidliet maħsuba għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati. Jekk il-verifika ma tiġix konkluża fi żmien tliet xhur min-notifika, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|