|
+Artikolu 29a 1. |
Artikolu 29a 1.Il-ġestjoni ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod bħala servizz kwalifikat għandu jitwettaq biss minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li:
(a)
jiġġenera jew jiġġestixxi data dwar il-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju;
(b)
minkejja l-punt (1)(d) tal-Anness II, jidduplika d-data dwar il-ħolqien ta’ firem elettroniċi għal finijiet ta’ riżerva biss, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
is-sigurtà tas-settijiet tad-data duplikati trid tkun tal-istess livell bħal dik għas-settijiet tad-data oriġinali;
(ii)
l-għadd ta’ settijiet tad-data duplikati ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz;
(c)
jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit identifikat fir-rapport ta’ ċertifikazzjoni tal-apparat kwalifikat speċifiku għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod maħruġ skont l-Artikolu 30. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|