|
+Artikolu 32 1. |
Artikolu 32 1.Il-proċess għall-validazzjoni ta’ firma elettronika kwalifikata għandu jikkonferma l-validità ta’ firma elettronika kwalifikata dment li:
(a)
iċ-ċertifikat, li jappoġġa l-firma kien, fil-mument tal-firma ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika li jikkonforma mal-Anness I;
(b)
iċ-ċertifikat kwalifikat inħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u kien validu fil-mument tal-firma;
(c)
id-data ta’ validazzjoni tal-firma tikkorrispondi għad-data pprovduta lill-parti dipendenti;
(d)
is-sett uniku ta’ data li jirrappreżenta l-firmatarju fiċ-ċertifikat tingħata b’mod korrett lill-parti dipendenti;
(e)
l-użu ta’ kwalunkwe psewdonimu jkun indikat b’mod ċar lill-parti dipendenti jekk psewdonimu kien intuża fil-mument tal-firma;
(f)
il-firma elettronika nħolqot minn apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati;
(g)
l-integrità tad-data ffirmata ma tkunx ġiet kompromessa;
(h)
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 26 kienu ġew sodisfatti fil-mument tal-firma; Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu meta l-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati tkun tikkonforma mal- istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|