+Artikolu 32a Ir-rekwiżiti għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi avvanzati bbażati fuq ċertifikati kwalifikati
---+Artikolu 32a 1.
---+Artikolu 32a 2.
---+Artikolu 32a 3.
|
Artikolu 32a Ir-rekwiżiti għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi avvanzati bbażati fuq ċertifikati kwalifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32a 1.
|
Il-proċess għall-validazzjoni ta’ firma elettronika avvanzata abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat għandu jikkonferma l-validità ta’ firma elettronika avvanzata dment li:
(a)
iċ-ċertifikat, li jappoġġa l-firma kien, fil-mument tal-firma, ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika li jikkonforma mal-Anness I;
(b)
iċ-ċertifikat kwalifikat inħareġ minn fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji u kien validu fil-mument tal-firma;
(c)
id-data ta’ validazzjoni tal-firma tikkorrispondi għad-data pprovduta lill-parti dipendenti;
(d)
is-sett uniku ta’ data li jirrappreżenta l-firmatarju fiċ-ċertifikat tingħata b’mod korrett lill-parti dipendenti;
(e)
l-użu ta’ kwalunkwe psewdonimu jkun indikat b’mod ċar lill-parti dipendenti jekk psewdonimu kien intuża fil-mument tal-firma;
(f)
l-integrità tad-data ffirmata ma tkunx ġiet kompromessa;
(g)
ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 26 kienu ġew sodisfatti fil-mument tal-firma.
|
|
Artikolu 32a 2.
|
Is-sistema użata għall-validazzjoni tal-firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat kwalifikat għandha tipprovdi lill-parti dipendenti r-riżultat korrett tal-proċess ta’ validazzjoni u għandha tippermetti li l-parti dipendenti tinduna bi kwalunkwe kwistjoni rilevanti għas-sigurtà.
|
|
Artikolu 32a 3.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għall-validazzjoni tal-firem elettroniċi avvanzati abbażi ta’ ċertifikati kwalifikati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta l-validazzjoni tal-firma elettronika avvanzata abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat tikkonforma ma’ dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|