Artikolu 45c
Attestazzjoni elettronika tal-attributi f’servizzi pubbliċi
Fejn identifikazzjoni elettronika li tuża mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni tkun meħtieġa skont il-liġi nazzjonali biex jiġi aċċessat servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku, id-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna fl-attestazzjoni elettronika tal-attributi ma għandhiex tissostitwixxi l-identifikazzjoni elettronika bl-użu ta’ mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni għall-identifikazzjoni elettronika sakemm dan ma jkunx speċifikament permess mill-Istat Membru. F’dan il-każ, għandha tiġi aċċettata wkoll attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi minn Stati Membri oħra.