|
+Artikolu 45f 1. |
Artikolu 45f 1.Attestazzjoni elettronika tal-attributi maħruġa minn jew f’isem korp tas-settur pubbliku responsabbli għal sors awtentiku għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
dawk stabbiliti fl-Anness VII;
(b)
iċ-ċertifikat kwalifikat li jappoġġa l-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat tal-korp tas-settur pubbliku msemmi fl-Artikolu 3, il-punt (46), identifikat bħala l-emittent imsemmi fil-punt (b), tal-Anness VII, ikun fih sett speċifiku ta’ attributi ċċertifikati f’forma xierqa għall-ipproċessar awtomatizzat u:
(i)
li jindika li l-korp emittenti huwa stabbilit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali bħala r-responsabbli għas-sors awtentiku li abbażi tiegħu tinħareġ l-attestazzjoni elettronika tal-attributi jew bħala l-korp maħtur biex jaġixxi f’ismu;
(ii)
li jipprovdi sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità s-sors awtentiku msemmi fil-punt (i); u
(iii)
li jidentifika d-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali msemmija fil-punt (i). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|