+Artikolu 46a Superviżjoni tal-Qafas tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali
---+Artikolu 46a 1.
---+Artikolu 46a 2.
---+Artikolu 46a 3.
---+Artikolu 46a 4.
---+Artikolu 46a 5.
---+Artikolu 46a 6.
---+Artikolu 46a 7.
|
Artikolu 46a Superviżjoni tal-Qafas tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru korp superviżorju wieħed jew aktar fit-territorju tagħhom. Il-korpi superviżorji maħtura skont l-ewwel subparagrafu għandhom jingħataw is-setgħat meħtieġa u r-riżorsi adegwati biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv, effiċjenti u indipendenti.
|
|
Artikolu 46a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi superviżorji tagħhom maħtura skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi superviżorji notifikati.
|
|
Artikolu 46a 3.
|
Ir-rwol tal-korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 għandu jkun:
(a)
li jwettaq superviżjoni tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali stabbiliti fl-Istat Membru li jinnomina u, permezz ta’ attivitajiet superviżorji ex ante u ex post, jiżgura li dawk il-fornituri u l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li huma jipprovdu, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(b)
li jieħu azzjoni, jekk ikun meħtieġ, fir-rigward tal-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li jinnomina, permezz ta’ attivitajiet superviżorji ex post, meta jiġi infurmat li l-fornituri jew il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li huma jipprovdu jkunu qed jiksru dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 46a 4.
|
Il-kompiti tal-korpi superviżorji maħtura skont il-paragrafu għandhom jinkludu b’mod partikolari dan li ġej:
(a)
li jikkooperaw ma’ korpi superviżorji oħra u jipprovdulhom assistenza f’konformità mal-Artikoli 46c u 46e;
(b)
li jitolbu l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-konformità ma’ dan ir-Regolament;
(c)
li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Istati Membri kkonċernati dwar kwalunkwe ksur sinifikanti tas-sigurtà jew telf ta’ integrità li jsiru jafu bih fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u, fil-każ ta’ ksur sinifikanti ta’ sigurtà jew telf ta’ integrità li jikkonċerna Stati Membri oħra, jinfurmaw lill-punt uniku ta’ kuntatt maħtur jew stabbilit skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Istat Membru kkonċernat u l-punti uniċi ta’ kuntatt maħtura skont l-Artikolu 46c(1) ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati, u jinfurmaw lill-pubbliku jew jeħtieġu lill-fornituri tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jagħmlu dan meta l-korp superviżorju jiddetermina li l-iżvelar tal-ksur tas-sigurtà jew tat-telf ta’ integrità jkun fl-interess pubbliku;
(d)
li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u superviżjoni mhux fuq il-post;
(e)
li jirrikjedu li l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas milli jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(f)
li jissospendu jew jikkanċellaw ir-reġistrazzjoni u l-inklużjoni ta’ partijiet dipendenti fil-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 5b(7) fil-każ ta’ użu illegali jew frodulenti tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali;
(g)
li jikkooperaw mal-awtoritajiet superviżorji kompetenti stabbiliti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari, billi jinfurmawhom mingħajr dewmien żejjed, fejn ikun jidher li jkunu nkisru r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u dwar ksur ta’ sigurtà li jidher li jikkostitwixxi ksur ta’ data personali.
|
|
Artikolu 46a 5.
|
Meta l-korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 jirrikjedi li l-fornitur ta’ Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jirrimedja kwalunkwe nuqqas ta’ ssodisfar tar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament skont il-paragrafu 4, il-punt (e), u dak il-fornitur ma jaġixxix kif xieraq u, jekk applikabbli, f’limitu ta’ żmien stabbilit minn dak il-korp superviżorju, il-korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 jista’, filwaqt li jqis, b’mod partikolari, il-firxa, id-durata u l-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas, jordna lill-fornitur jissospendi jew iwaqqaf il-forniment tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. Il-korp superviżorju għandhom jinfurmaw lill-korpi superviżorji ta’ Stati Membri oħra, lill-Kummissjoni, lill-partijiet dipendenti u lill-utenti tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali mingħajr dewmien żejjed bid-deċiżjoni li tirrikjedi s-sospensjoni jew il-waqfien tal-forniment ta’ Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali.
|
|
Artikolu 46a 6.
|
Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet ewlenin tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-rapporti annwali disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
|
|
Artikolu 46a 7.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-formati u l-proċeduri għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|