+Artikolu 46d Assistenza reċiproka
---+Artikolu 46d 1.
---+Artikolu 46d 2.
---+Artikolu 46d 3.
---+Artikolu 46d 4.
|
Artikolu 46d Assistenza reċiproka
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46d 1.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati s-superviżjoni u l-infurzar tal-obbligi skont dan ir-Regolament, il-korpi superviżorji maħtura skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 46a(1) u l-Artikolu 46b(1) jistgħu jitolbu, inkluż permezz tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 46e(1), assistenza reċiproka mill-korpi superviżorji ta’ Stat Membru ieħor fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jew il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji, jew fejn ikunu jinsabu n-network u s-sistemi ta’ informazzjoni tiegħu jew fejn ikunu pprovduti s-servizzi tiegħu.
|
|
Artikolu 46d 2.
|
L-assistenza reċiproka għandha mill-inqas tinvolvi li:
(a)
il-korp superviżorju li japplika miżuri superviżorji u ta’ infurzar fi Stat Membru wieħed għandu jinforma u jikkonsulta lill-korp superviżorju tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat;
(b)
korp superviżorju jista’ jitlob lill-korp superviżorju tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat jieħu miżuri superviżorji jew ta’ infurzar, inkluż, pereżempju, talbiet biex jitwettqu spezzjonijiet relatati mar-rapporti ta’ valutazzjoni tal-konformità kif imsemmi fl-Artikoli 20 u 21 rigward il-forniment ta’ servizzi fiduċjarji;
(c)
fejn xieraq, il-korpi superviżorji jistgħu jwettqu investigazzjonijiet konġunti mal-korpi superviżorji ta’ Stati Membri oħra.
L-arranġamenti u l-proċeduri għal investigazzjonijiet konġunti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu maqbula u stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.
|
|
Artikolu 46d 3.
|
Korp superviżorju li jirċievi talba għal assistenza jista’ jirrifjuta dik it-talba għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
l-assistenza mitluba ma tkunx proporzjonata mal-attivitajiet superviżorji tal-korp superviżorju mwettqa f’konformità mal-Artikoli 46a u 46b;
(b)
il-korp superviżorju ma jkunx kompetenti biex jipprovdi l-assistenza mitluba;
(c)
l-għoti tal-assistenza mitluba ma jkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 46d 4.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025 u kull sentejn wara dan, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 46e(1) għandu joħroġ gwida dwar l-aspetti u l-proċeduri organizzattivi għall-assistenza reċiproka msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|