+Artikolu 46e Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea
---+Artikolu 46e 1.
---+Artikolu 46e 2.
---+Artikolu 46e 3.
---+Artikolu 46e 4.
---+Artikolu 46e 5.
---+Artikolu 46e 6.
---+Artikolu 46e 7.
|
Artikolu 46e Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46e 1.
|
Sabiex tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni transfruntieri tal-Istati Membri dwar is-servizzi fiduċjarji, il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp ta’ Kooperazzjoni dwar l-Identità Diġitali Ewropea (il-‘Grupp ta’ Kooperazzjoni’).
|
|
Artikolu 46e 2.
|
Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti maħtura mill-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni għandu jkun ippresedut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-Segretarjat tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni.
|
|
Artikolu 46e 3.
|
Ir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti jistgħu, fuq bażi ad hoc, jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni u jieħdu sehem fil-ħidma tiegħu bħala osservaturi.
|
|
Artikolu 46e 4.
|
L-ENISA għandha tiġi mistiedna tieħu sehem bħala osservatur fil-ħidma tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni meta tiskambja fehmiet, l-aħjar prattiki u informazzjoni dwar aspetti rilevanti taċ-ċibersigurtà bħan-notifika ta’ ksur tas-sigurtà, u fejn l-użu ta’ ċertifikati jew standards taċ-ċibersigurtà jiġu indirizzati.
|
|
Artikolu 46e 5.
|
Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
(a)
jiskambja pariri u jikkoopera mal-Kummissjoni dwar inizjattivi ta’ politika emerġenti fil-qasam tal-kartieri tal-identità diġitali, il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji;
(b)
jagħti pariri lill-Kummissjoni, kif xieraq, fit-tħejjija bikrija ta’ abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati li għandhom jiġu adottati skont dan ir-Regolament;
(c)
sabiex jagħti appoġġ lill-korpi superviżorji fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament:
(i)
jiskambja l-aħjar prattiki u informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(ii)
jivvaluta l-iżviluppi rilevanti fis-setturi tal-kartieri tal-identità diġitali, l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji;
(iii)
jorganizza laqgħat konġunti ma' partijiet interessati rilevanti minn madwar l-Unjoni biex jiddiskuti l-attivitajiet imwettqa mill-grupp ta’ kooperazzjoni u jiġbor kontributi dwar sfidi emerġenti ta' politika;
(iv)
bl-appoġġ tal-ENISA, jiskambja fehmiet, l-aħjar prattiki u informazzjoni dwar aspetti rilevanti taċ-ċibersigurtà li jikkonċernaw il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji;
(v)
jiskambja l-aħjar prattiki fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar in-notifika ta' ksur tas-sigurtà, u miżuri komuni kif imsemmi fl-Artikoli 5e u 10;
(vi)
jorganizza laqgħat konġunti mal-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS stabbilit skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 biex jiskambja informazzjoni rilevanti relatata mas-servizzi fiduċjarji u l-identifikazzjoni elettronika b’rabta mat-theddid ċibernetiku, l-inċidenti, il-vulnerabbiltajiet, l-inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni, it-taħriġ, l-eżerċizzji u l-ħiliet, il-bini tal-kapaċità, il-kapaċità fil-qasam tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;
(vii)
jiddiskuti, fuq talba ta’ korp superviżorju, talbiet speċifiċi għal assistenza reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 46d;
(viii)
jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi superviżorji billi jipprovdi gwida dwar l-aspetti u l-proċeduri organizzattivi għall-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 46d;
(d)
jorganizza rieżamijiet bejn il-pari tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li għandhom jiġu nnotifikati taħt dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 46e 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni effettiva u effiċjenti tar-rappreżentanti maħtura tagħhom fil-Grupp ta’ Kooperazzjoni.
|
|
Artikolu 46e 7.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti proċedurali meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|