+Artikolu 48a Rekwiżiti ta’ rappurtar
---+Artikolu 48a 1.
---+Artikolu 48a 2.
---+Artikolu 48a 3.
---+Artikolu 48a 4.
|
Artikolu 48a Rekwiżiti ta’ rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir ta’ statistika fir-rigward tal-funzjonament tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati provduti fit-territorju tagħhom.
|
|
Artikolu 48a 2.
|
L-istatistika miġbura f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
l-għadd ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkollhom Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali valida;
(b)
it-tip u l-għadd ta’ servizzi li jaċċettaw l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali;
(c)
l-għadd ta' ilmenti tal-utenti u inċidenti marbuta ma’ protezzjoni tal-konsumatur jew ma' protezzjoni tad-data relatati ma' partijiet dipendenti u servizzi fiduċjarji kwalifikati;
(d)
rapport ta’ sinteżi li jinkludi data dwar inċidenti fejn ġie pprevenut l-użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali;
(e)
sommarju tal-inċidenti sinifikanti ta’ sigurtà, ta' ksur tad-data u ta' utenti milquta ta' Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jew ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati.
|
|
Artikolu 48a 3.
|
L-istatistika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f’format miftuħ u użat b’mod komuni u li jinqara mill-magni.
|
|
Artikolu 48a 4.
|
Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-istatistika miġbura f’konformità mal-paragrafu 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|