|
+ANNESS V REKWIŻITI GĦAL ATTESTAZZJONI ELETTRONIKA KWALIFIKATA TAL-ATTRIBUTI |
ANNESS V REKWIŻITI GĦAL ATTESTAZZJONI ELETTRONIKA KWALIFIKATA TAL-ATTRIBUTI
ANNESS V REKWIŻITI GĦAL ATTESTAZZJONI ELETTRONIKA KWALIFIKATA TAL-ATTRIBUTI Attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi għandu jkun fiha:
(a)
indikazzjoni, tal-inqas f’forma adatta għall-ipproċessar awtomatizzat, li l-attestazzjoni nħarġet bħala attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi;
(b)
sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità lill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji li joħroġ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi inkluż tal-inqas, l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-fornitur u:
(i)
għal persuna ġuridika: l-isem u, meta applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali,
(ii)
għal persuna fiżika: l-isem tal-persuna;
(c)
sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-entità li għaliha jirreferu l-attributi attestati; jekk jintuża psewdonimu, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar;
(d)
l-attribut jew l-attributi attestati, inkluż, fejn applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat l-ambitu ta’ dawk l-attributi;
(e)
dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-attestazzjoni;
(f)
il-kodiċi tal-identità tal-attestazzjoni, li jrid ikun uniku għall-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji u, jekk applikabbli, l-indikazzjoni tal-iskema ta’ attestazzjonijiet li l-attestazzjoni tal-attributi tkun parti minnha;
(g)
il-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat tal-fornitur kwalifikat emittenti ta’ servizzi fiduċjarji;
(h)
il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat imsemmija fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas;
(i)
l-informazzjoni jew il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex tinkiseb informazzjoni dwar l-istatus ta’ validità tal-attestazzjoni kwalifikata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|