|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw il-ksur segwenti tal-liġi tal-Unjoni:
(a)
ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness li jikkonċerna l-oqsma li ġejjin:
(i)
l-akkwist pubbliku;
(ii)
is-servizzi, il-prodotti u s-swieq finanzjarji, u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(iii)
is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti;
(iv)
is-sikurezza tat-trasport;
(v)
il-protezzjoni tal-ambjent;
(vi)
il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-sikurezza nukleari;
(vii)
is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali;
(viii)
is-saħħa pubblika;
(ix)
il-protezzjoni tal-konsumatur;
(x)
il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u sikurezza tan-netwerks u tas-sistemi ta’ informazzjoni;
(b)
il-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 325 TFUE u kif speċifikati ulterjorment f’miżuri rilevanti tal-Unjoni;
(c)
il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) TFUE, inkluż il-ksur tar-regoli tal-Unjoni tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat, kif ukoll ksur relatat mas-suq intern fir-rigward ta’ atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jew ta’ ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew l-iskop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|