+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni materjali
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw il-ksur segwenti tal-liġi tal-Unjoni:

(a) 

ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness li jikkonċerna l-oqsma li ġejjin:

(i) 

l-akkwist pubbliku;

(ii) 

is-servizzi, il-prodotti u s-swieq finanzjarji, u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(iii) 

is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti;

(iv) 

is-sikurezza tat-trasport;

(v) 

il-protezzjoni tal-ambjent;

(vi) 

il-protezzjoni mir-radjazzjoni u s-sikurezza nukleari;

(vii) 

is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

(viii) 

is-saħħa pubblika;

(ix) 

il-protezzjoni tal-konsumatur;

(x) 

il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u sikurezza tan-netwerks u tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(b) 

il-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 325 TFUE u kif speċifikati ulterjorment f’miżuri rilevanti tal-Unjoni;

(c) 

il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) TFUE, inkluż il-ksur tar-regoli tal-Unjoni tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat, kif ukoll ksur relatat mas-suq intern fir-rigward ta’ atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jew ta’ ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew l-iskop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli.

Artikolu 2 2.
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jestendu l-protezzjoni skont il-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ oqsma jew atti li mhumiex koperti mill-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.