+Artikolu 3 Relazzjoni ma’ atti oħrajn tal-Unjoni u dispożizzjonijiet nazzjonali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 Relazzjoni ma’ atti oħrajn tal-Unjoni u dispożizzjonijiet nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
Fejn regoli speċifiċi dwar ir-rapportar ta’ ksur huma previsti fl-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi mniżżla fil-Parti II tal-Anness, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli sa fejn kwistjoni ma tkunx irregolata b’mod obbligatorju f’dawk l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.
Artikolu 3 2.
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw is-sigurtà nazzjonali, jew is-setgħa tagħhom li jipproteġu l-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħhom. B’mod partikolari, ma għandhiex tapplika għal rapporti ta’ ksur tar-regoli tal-akkwist li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew ta’ sigurtà sakemm ma jkunux koperti mill-atti rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 3 3.

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirrigwarda kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata;

(b) 

il-protezzjoni tal-privileġġ professjonali legali u mediku;

(c) 

is-segretezza tad-deliberazzjonijiet ġudizzjarji; jew

(d) 

regoli dwar il-proċedura kriminali.

Artikolu 3 4.
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali dwar l-eżerċizzju minn ħaddiema tad-drittijiet tagħhom li jikkonsultaw lir-rappreżentanti jew lit-trade unions tagħhom, u dwar protezzjoni minn kwalunkwe miżura detrimentali mhux ġustifikata li tkun ġejja minn tali konsultazzjonijiet kif ukoll dwar l-awtonomija tas-sħab soċjali u d-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-livell ta’ protezzjoni mogħti minn din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.