|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Il-proċeduri għar-rapportar intern u għas-segwitu kif imsemmi fl-Artikolu 8 għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b’mod sigur li jiżgura li l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u ta’ kwalunkwe parti terza msemmija fir-rapport hija protetta, u li jipprevjeni l-aċċess għalihom minn membri tal-persunal mhux awtorizzati;
(b)
notifika lill-persuna li tirrapporta dwar il-fatt li r-rapport wasal fi żmien sebat ijiem wara li jkun wasal ir-rapport;
(c)
il-ħatra ta’ persuna jew dipartiment kompetenti imparzjali biex jagħti segwitu għar-rapporti, li jista’ jkun l-istess persuna jew dipartiment bħal dak li jirċievi r-rapporti u li ser iżomm il-komunikazzjoni mal-persuna li tirrapporta u, fejn meħtieġ, jitlob aktar informazzjoni mingħand u jipprovdi rispons lil dik il-persuna li tirrapporta;
(d)
segwitu diliġenti mill-persuna jew dipartiment maħtur imsemmija fil-punt (c);
(e)
segwitu diliġenti, fejn previst fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta’ rapportar anonimu;
(f)
perijodu ta’ żmien raġonevoli biex jingħata rispons, mhux aktar minn tliet xhur min-notifika li r-rapport wasal jew, jekk ma ntbagħtet l-ebda notifika lill-persuna li tirrapporta, tliet xhur mill-iskadenza tal-perijodu ta’ sebat ijiem wara li jkun sar ir-rapport;
(g)
l-għoti ta’ informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri għar-rapportar estern lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 10 u, fejn rilevanti, lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|