+Artikolu 9 Proċeduri għal rapportar intern u għas-segwitu
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 Proċeduri għal rapportar intern u għas-segwitu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Il-proċeduri għar-rapportar intern u għas-segwitu kif imsemmi fl-Artikolu 8 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b’mod sigur li jiżgura li l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u ta’ kwalunkwe parti terza msemmija fir-rapport hija protetta, u li jipprevjeni l-aċċess għalihom minn membri tal-persunal mhux awtorizzati;

(b) 

notifika lill-persuna li tirrapporta dwar il-fatt li r-rapport wasal fi żmien sebat ijiem wara li jkun wasal ir-rapport;

(c) 

il-ħatra ta’ persuna jew dipartiment kompetenti imparzjali biex jagħti segwitu għar-rapporti, li jista’ jkun l-istess persuna jew dipartiment bħal dak li jirċievi r-rapporti u li ser iżomm il-komunikazzjoni mal-persuna li tirrapporta u, fejn meħtieġ, jitlob aktar informazzjoni mingħand u jipprovdi rispons lil dik il-persuna li tirrapporta;

(d) 

segwitu diliġenti mill-persuna jew dipartiment maħtur imsemmija fil-punt (c);

(e) 

segwitu diliġenti, fejn previst fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta’ rapportar anonimu;

(f) 

perijodu ta’ żmien raġonevoli biex jingħata rispons, mhux aktar minn tliet xhur min-notifika li r-rapport wasal jew, jekk ma ntbagħtet l-ebda notifika lill-persuna li tirrapporta, tliet xhur mill-iskadenza tal-perijodu ta’ sebat ijiem wara li jkun sar ir-rapport;

(g) 

l-għoti ta’ informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri għar-rapportar estern lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 10 u, fejn rilevanti, lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni.

Artikolu 9 2.
Il-kanali previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jippermettu r-rapportar bil-miktub jew bil-fomm, jew it-tnejn. Rapportar bil-fomm għandu jkunu possibbli permezz tat-telefon jew permezz sistemi oħra ta’ messaġġi bil-vuċi, u, fuq talba mill-persuna li tirrapporta, permezz ta’ laqgħa fiżika fi żmien raġonevoli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.