+Artikolu 15 Żvelar pubbliku
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
|
Artikolu 15 Żvelar pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Persuna li tagħmel żvelar pubbliku għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:
(a)
il-persuna l-ewwel irrapportat internament, jew direttament esternament f’konformità mal-Kapitoli II u III, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b’rispons għar-rapport fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1) jew fil-punt (d) tal-Artikolu 11(2); jew
(b)
il-persuna għandha raġunijiet ġustifikati biex temmen li:
(i)
il-ksur jista’ jikkostitwixxi periklu imminenti jew evidenti għall-interess pubbliku, bħal fejn ikun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza jew riskju ta’ dannu irriversibbli; jew
(ii)
fil-każ ta’ rapportar estern, ikun hemm riskju ta’ ritaljazzjoni jew ikun hemm prospett baxx li l-ksur li jkun qed jiġi indirizzat b’mod effettiv, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, bħal dawk fejn l-evidenza tista’ tinħeba jew tinqered jew fejn awtorità tista’ tkun f’kollużjoni mal-awtur tal-ksur jew involuta fil-ksur.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal każijiet fejn persuna tiżvela informazzjoni direttament lill-istampa skont dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi li jistabbilixxu sistema ta’ protezzjoni relatata mal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|