+Artikolu 18 Żamma ta’ rekords tar-rapporti
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
|
Artikolu 18 Żamma ta’ rekords tar-rapporti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ġuridiċi fis-settur pubbliku u privat u l-awtoritajiet kompetenti jżommu rekords ta’ kull rapport li jirċievu, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità previsti fl-Artikolu 16. Ir-rapporti għandhom jinħażnu għal mhux aktar minn kemm ikun meħtieġ u proporzjonat sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva, jew ma’ rekwiżiti oħra imposti mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Fejn għar-rapportar tintuża linja tat-telefon irrekordjata jew sistema oħra ta’ messaġġi bil-vuċi rrekordjata, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, l l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm f’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a)
billi jagħmlu reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli; jew
(b)
permezz ta’ traskrizzjoni preċiża u sħiħa tal-konverżazzjoni ppreparata mill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport.
L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmaha.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Fejn għar-rapportar tintuża linja tat-telefon mhux irrekordjata jew sistema oħra ta’ messaġġi bil-vuċi mhux irrekordjata, l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm fil-forma ta’ minuti preċiżi tal-konverżazzjoni miktuba mill-membru tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport. L-entitajiet ġuridiċi tas-settur privat u dak pubbliku u l- awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel dwar il-minuti tal-konverżazzjoni billi tiffirmahom.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Meta persuna titlob laqgħa mal-membri tal-persunal tal-entitajiet ġuridiċi tas-settur privat u dak pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta’ rapportar f’konformità mal-Artikoli 9(2) u 12(2), l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, li jinżammu rekords kompluti u preċiżi tal-laqgħa f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli. L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw il-laqgħa b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a)
billi jagħmlu reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli; jew
(b)
permezz ta’ minuti preċiżi tal-laqgħa mħejjija mill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport.
L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel dwar il-minuti tal-laqgħa billi tiffirmahom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|