|
+Artikolu 18 4. |
Artikolu 18 4.Meta persuna titlob laqgħa mal-membri tal-persunal tal-entitajiet ġuridiċi tas-settur privat u dak pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti għal raġunijiet ta’ rapportar f’konformità mal-Artikoli 9(2) u 12(2), l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, li jinżammu rekords kompluti u preċiżi tal-laqgħa f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli. L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jiddokumentaw il-laqgħa b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a)
billi jagħmlu reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f’forma li tista’ tiġi rkuprata u li tkun durabbli; jew
(b)
permezz ta’ minuti preċiżi tal-laqgħa mħejjija mill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapport. L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku u l-awtoritajiet kompetenti għandhom joffru lill-persuna li tirrapporta l-opportunità li tiċċekkja, tirrettifika u taqbel dwar il-minuti tal-laqgħa billi tiffirmahom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|