|
+Artikolu 20 1. |
Artikolu 20 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 4 jkollhom aċċess, kif xieraq, għal miżuri ta’ appoġġ, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a)
informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti, li huma faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, dwar proċeduri u rimedji disponibbli, dwar il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni, u dwar id-drittijiet tal-persuna kkonċernata;
(b)
assistenza effettiva mill-awtoritajiet kompetenti quddiem kwalunkwe awtorità rilevanti involuta fil-protezzjoni tagħhom kontra r-ritaljazzjoni, inkluż, fejn ikun previst mil-liġi nazzjonali, iċ-ċertifikazzjoni tal-fatt li jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;
(c)
aċċess għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ċivili transfruntiera f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), u f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-għajnuna legali fi proċedimenti ulterjuri u konsulenza legali jew assistenza legali oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|