+Artikolu 21 Miżuri għall-protezzjoni mir-ritaljazzjoni
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.
---+Artikolu 21 8.

Artikolu 21 Miżuri għall-protezzjoni mir-ritaljazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 4 jiġu protetti mir-ritaljazzjoni. Tali miżuri għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dawk stipulati fil-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 21 2.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u (3), fejn persuni jirrapportaw informazzjoni dwar ksur jew jagħmlu żvelar pubbliku f’konformità ma’ din id-Direttiva huma ma għandhomx jitqiesu li kisru ebda restrizzjoni dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni u ma għandhom jiġu attribwiti responsabbiltà ta’ ebda tip fir-rigward ta’ tali rapport jew żvelar pubbliku dment li kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li r-rapportar jew l-iżvelar pubbliku ta’ tali informazzjoni kien meħtieġ biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva.
Artikolu 21 3.
Il-persuni li jirrapportaw ma għandhomx jiġu attribwiti responsabbiltà fir-rigward tal-akkwist tal-informazzjoni jew tal-aċċess għaliha li tkun irrapportata jew żvelata pubblikament, dment li tali akkwist jew aċċess ma jkunx ikkostitwixxa reat kriminali awtonomu. F’każ li l-akkwist jew l-aċċess jikkostitwixxi reat kriminali awtonomu, responsabbiltà kriminali għandha tibqa’ irregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.
Artikolu 21 4.
Kwalunkwe responsabbiltà possibbli oħra ta’ persuni li jirrapportaw li tirriżulta minn atti jew ommissjonijiet li ma jkunux relatati mar-rapportar jew żvelar pubbliku jew li ma jkunux meħtieġa biex jinkixef ksur skont din id-Direttiva għandha tkompli tkun irregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
Artikolu 21 5.
Fi proċedimenti quddiem qorti jew awtorità oħra marbuta ma’ detriment sofrut mill-persuna li tirrapporta, u soġġett li dik il-persuna tistabbilixxi li rrapportat jew għamlet żvelar pubbliku u sofriet detriment, għandu jiġi preżunt li d-detriment sar b’ritaljazzjoni għar-rapport jew l-iżvelar pubbliku. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun f’idejn il-persuna li tkun ħadet il-miżura detrimentali li tagħti prova li dik il-miżura kienet ibbażata fuq raġunijiet debitament ġustifikati.
Artikolu 21 6.
Persuni msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ rimedju kontra r-ritaljazzjoni kif xieraq, inklużi miżuri interim sas-soluzzjoni tal-proċedimenti legali, f’konformità mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 21 7.
Fi proċedimenti legali, inkluż għal malafama, ksur ta’ drittijiet tal-awtur, ksur ta’ segretezza, ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, żvelar ta sigrieti kummerċjali, jew għal talbiet għal kumpens ibbażati fuq id-dritt privat, pubbliku jew fuq il-liġi kollettiva tax-xogħol, il-persuni msemmija fl-Artikolu 4 ma għandhomx jiġu attribwiti responsabbiltà ta’ ebda tip bħala riżultat ta’ rapporti jew żvelar pubbliku taħt din id-Direttiva. Dawk il-persuni għandu jkollhom id-dritt li jinvokaw dak ir-rapportar jew l-iżvelar pubbliku biex jitolbu li l-kawża titwaqqa’, dment li kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li r-rapportar jew l-iżvelar pubbliku kien meħtieġ biex jinkixef ksur, skont din id-Direttiva.

Fejn persuna tirrapporta jew tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u dik l-informazzjoni tinkludi sigrieti kummerċjali, u fejn dik il-persuna tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, tali rapportar jew żvelar pubbliku għandu jitqies bħala legali skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2016/943.

Artikolu 21 8.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rimedji u l-kumpens sħiħ jiġu pprovduti għad-dannu mġarrab mill-persuni msemmija fl-Artikolu 4 f’konformità mal-liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.