2. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal estensjoni tas-soġġorn jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġonali ma jkunx obbligat iwaqqaf ir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess persuna li tħaddmu, jew li ma jitħalliex jibdel il-persuna li tħaddmu, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin.
Fejn il-validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali tiskadi matul il-proċedura għall-estensjoni jew it-tiġdid, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiem staġonali jibqa’ fit-territorju tagħhom sa meta l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, dment li l-applikazzjoni kienet ippreżentata fiż-żmien tal-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni u li l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 14(1) ma skadiex.
Fejn ikun japplika t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jiddeċiedu li:
|
(a)
|
joħrġu permessi ta’ residenza nazzjonali temporanji jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti sakemm tittieħed deċiżjoni; jew
|
|
(b)
|
jippermettu lill-ħaddiem staġonali jaħdem sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni.
|
Matul il-perijodu tal-analiżi tal-applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.