+Artikolu 5 Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5 Reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jirreġistra mal-ESMA għall-finijiet tal-Artikolu 4 skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbiliti f’dan l-Artikolu
Artikolu 5 2.
Sabiex ikun eliġibbli biex jiġi rreġistrat skont dan l-Artikolu, repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, japplika proċeduri biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji rrapportati lilu skont l-Artikolu 4(1), u għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi għall-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għall-Artikolu 9 tiegħu għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5 3.
Ir-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni.
Artikolu 5 4.
Repożitorju tat-transazzjonijiet irreġistrat għandu jikkonforma f’kull ħin mal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Repożitorju tat-transazzjonijiet għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe bidla materjali għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni.
Artikolu 5 5.

Repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jippreżenta lill-ESMA waħda milli ġejjin:

(a) 

applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(b) 

applikazzjoni għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet diġà reġistrat skont it-Titolu VI, Kapitolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 5 6.
L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta fi żmien 20 jum ta’ xogħol mir-riċevuta tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta r-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tivvaluta applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-repożitorju tat-transazzjonijiet b’dan.

Artikolu 5 7.

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-proċeduri imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tat-transazzjonijiet sabiex jivverifikaw il-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji rrapportati lilhom skont l-Artikolu 4(1);

(b) 

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;

(c) 

applikazzjoni simplifikata għal estensjoni ta’ reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5 sabiex jiġu evitati rekwiżiti doppji.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5 8.

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format tat-tnejn li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5;

(b) 

l-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tiżviluppa format simplifikat biex tevita proċeduri doppji.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-13 ta’ Jannar 2017.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.