+Artikolu 22 4.

Artikolu 22 4.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1:

(a) 

ordni li tirrikjedi lill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex twaqqaf l-imġiba tagħha u sabiex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 26;

(c) 

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;

(d) 

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew kwalunkwe persuna fiżika li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment;

(e) 

sanzjonijiet amministrattivi monetarji massimi mill-inqas sa tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati mill-awtorità rilevanti, anke jekk dawk is-sanzjonijiet jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (f) u (g);

(f) 

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi monetarji massimi ta’ mhux inqas minn EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-12 ta’ Jannar 2016;

(g) 

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet amministrattivi monetarji massimi ta’ mhux inqas minn:

(i) 

EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valuir korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-12 ta’ Jannar 2016, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment għall-ksur tal-Artikolu 4;

(ii) 

EUR 15 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-12 ta’ Jannar 2016, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment għall-ksur tal-Artikolu 15.

Għall-finijiet tal-punt (g)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li għandha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul skont ir-reġim tal-kontabilità rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment tal-impriża prinċipali finali.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat minbarra dawk imsemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll aktar lok għal sanzjonijiet u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet minn dawk previsti f’dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.