+Artikolu 22 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
|
Artikolu 22 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28 u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra mill-inqas fir-rigward tal-ksur tal-Artikoli 4 u 15. Fejn id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa, f’ każ ta’ ksur, li japplikaw sanzjonijiet, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali, lill-membri tal-korp tal-maniġment, u lil individwi oħra li skont il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra meħuda għall-fini tal-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Fejn l-Istati Membri jkunu għażlu, f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għal ksur possibbli tal-Artikoli 4 u 15, u li jipprevedu tali informazzjoni għal awtoritajiet kompetenti oħra u l-ESMA biex jonoraw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u, fejn rilevanti, mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u ma’ awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw ukoll ma’ awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-irkupru ta’ sanzjonijiet monetarji.
|
|
Artikolu 22 4.
|
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1:
(a)
ordni li tirrikjedi lill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex twaqqaf l-imġiba tagħha u sabiex ma tirrepetix dik l-imġiba;
(b)
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 26;
(c)
irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;
(d)
projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew kwalunkwe persuna fiżika li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment;
(e)
sanzjonijiet amministrattivi monetarji massimi mill-inqas sa tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati mill-awtorità rilevanti, anke jekk dawk is-sanzjonijiet jaqbżu l-ammonti msemmija fil-punti (f) u (g);
(f)
fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi monetarji massimi ta’ mhux inqas minn EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-12 ta’ Jannar 2016;
(g)
fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet amministrattivi monetarji massimi ta’ mhux inqas minn:
(i)
EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valuir korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-12 ta’ Jannar 2016, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment għall-ksur tal-Artikolu 4;
(ii)
EUR 15 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-12 ta’ Jannar 2016, jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment għall-ksur tal-Artikolu 15.
Għall-finijiet tal-punt (g)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li għandha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul skont ir-reġim tal-kontabilità rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment tal-impriża prinċipali finali. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat minbarra dawk imsemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll aktar lok għal sanzjonijiet u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet minn dawk previsti f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Ksur tal-Artikolu 4 ma għandux jaffettwa l-validità tat-termini ta’ SFT jew il-possibbiltà li l-partijiet jinfurzaw it-termini ta’ SFT. Ksur tal-Artikolu 4 ma għandux iwassal għal drittijiet għal kumpens minn parti lil SFT.
|
|
Artikolu 22 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 fejn il-ksur imsemmi f’dak il-paragrafu jkun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom qabel it-13 ta’ Jannar 2018. Fejn jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.
|
|
Artikolu 22 7.
|
Sat-13 ta’ Lulju 2017 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli fir-rigward tal-paragrafi 1, 3 u 4 lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssir fihom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|