|
+Artikolu 23 Determinazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra |
Artikolu 23 Determinazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħraArtikolu 23 Determinazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:
(a)
il-gravità u d-dewmien tal-ksur;
(b)
il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, billi jitqiesu fatturi bħall-fatturat totali fil-każ ta’ persuna ġuridika jew id-dħul annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(e)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(f)
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu kont ta’ fatturi addizzjonali apparti dawk imsemmijin fl-ewwel paragrafu meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|