+ANNESS

ANNESS




ANNESS

Taqsima A —    Informazzjoni li għandha tingħata fir-rapporti ta’ kull sitt xhur u f’dawk annwali tal-UCITS u r-rapport annwali tal-AIF

Data globali:

— 
L-ammont ta’ titoli u komoditajiet b’self bħala proporzjon tat-total tal-assi li jissellfu ddefinit bħala li ma jinkludux flus kontanti u ekwivalenti ta’ flus kontanti;
— 
L-ammont ta’ assi involuti f’kull tip ta’ SFT u swaps tar-redditu totali espressi bħala ammont assolut (fil-munita tal-impriża ta’ investiment kollettiv) u bħala proporzjon tal-assi tal-impriża ta’ investiment kollettiv mmaniġġjati (AUM)

Data ta’ konċentrazzjoni:

— 
L-għaxar l-akbar emittenti tal-kollateral fl-SFTs u s-swaps tar-redditu totali kollha (disaggregazzjoni ta’ volumi tat-titoli kollaterali u komoditajiet riċevuti skont l-isem tal-emittent)
— 
L-ewwel 10 kontropartijiet ta’ kull tip ta’ SFTs u swaps tar-redditu totali separatament (Isem tal-kontroparti u l-volum gross ta’ transazzjonijiet pendenti)

Data ta’ transazzjoni aggregata għal kull tip ta’ SFT u swaps tar-redditu totali b’mod separat li għandha tiġi disaggregata skont il-kategoriji ta’ hawn taħt:

— 
Tip u kwalità ta’ kollateral;
— 
Perijodu ta’ maturità tal-kollateral disaggregat fil-meded ta’ maturità li ġejjin: anqas minn jum, minn jum sa ġimgħa, minn ġimgħa sa xahar, minn xahar sa tliet xhur, minn tliet xhur sa sena, aktar minn sena, maturità bla limitu;
— 
Munita tal-kollateral;
— 
Perijodu ta’ maturità tal-SFTs u s-swaps tar-redditu totali disaggregat fil-meded ta’ maturità li ġejjin: anqas minn jum, minn jum sa ġimgħa, minn ġimgħa sa xahar, minn xahar sa tliet xhur, minn tliet xhur sa sena, aktar minn sena, transazzjonijiet bla żmien;
— 
Pajjiż li fih ikunu stabbiliti l-kontropartijiet;
— 
Riżoluzzjoni u kklerjar, (eż., tliet partijiet, Kontroparti Ċentrali, bilaterali).

Data dwar l-użu mill-ġdid ta’ kollateral:

— 
Proporzjon ta’ kollateral riċevut li jintuża mill-ġdid, imqabbel mal-ammont massimu speċifikat fil-prospett jew fl-iżvelar lil investituri;
— 
Ir-redditu fuq l-investiment mill-ġdid tal-kollateral fi flus kontanti għall-impriża ta’ investiment kollettiv.

Salvagwardja ta’ kollateral riċevut mill-impriża ta’ investiment kollettiv bħala parti mill-SFTs u s-swaps tar-redditu totali:

Numru u ismijiet ta’ kustodji u l-ammont ta’ assi kollaterali salvagwardati minn kull wieħed mill-kustodji

Salvagwardja ta’ kollateral mogħti mill-impriża ta’ investiment kollettiv bħala parti mill-SFTs u s-swaps tar-redditu totali:

Il-proporzjon ta’ kollateral miżmum f’kontijiet segregati jew f’kontijiet akkomunati, jew fi kwalunkwe kont ieħor

Data dwar ir-redditu u l-ispiża għal kull tip ta’ SFTs u swaps tar-redditu totali diżaggregati bejn l-impriża ta’ investiment kollettiv, il-maniġer ta’ impriża ta’ investiment kollettiv u partijiet terzi (eż. aġent mutwanti) f’termini assoluti u bħala perċentwali tar-redditi ġenerali ġġenerati minn dak it-tip ta’ SFTs u swaps tar-redditu totali

Taqsima B –    Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi prospett tal-UCITS u l-iżvelar lill-investituri tal-AIF:

— 
Deskrizzjoni ġenerali tal-SFTs u s-swaps tar-redditu totali użati mill-impriża ta’ investiment kollettiv u r-raġuni għall-użu tagħhom.
— 
Data ġenerali li għandha tiġi rrappurtata għal kull tip ta’ SFTs u swaps tar-redditu totali
— 
Tipi ta’ assi li jistgħu jkunu soġġetti għalihom
— 
Proporzjon massimu ta’ AUM li jistgħu jkunu soġġetti għalihom
— 
Proporzjon mistenni ta’ AUM li ser ikun soġġett għal kull wieħed minnhom.
— 
Kriterji użati biex jintgħażlu l-kontropartijiet (inkluż l-istatus legali, il-pajjiż ta’ oriġini, il-klassifikazzjoni minima tal-kreditu).
— 
Kollateral aċċettabbli: deskrizzjoni ta’ kollateral aċċettabbli fir-rigward tat-tipi ta’ assi, l-emittent, il-maturità, il-likwidità kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-kollateral u l-politiki ta’ korrelazzjoni.
— 
Valutazzjoni tal-kollateral: deskrizzjoni tal-metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-kollateral użata u r-raġuni għaliha, u jekk jintużawx rivalutazzjoni ta’ kuljum u marġni ta’ varjazzjoni ta’ kuljum.
— 
Immaniġġjar tar-riskju: deskrizzjoni tar-riskji marbuta mal-SFTs u s-swaps tar-redditu totali, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-immaniġġar tal-kollateral, bħal riskji operazzjonali, riskji tal-likwidità, tal-kontroparti, ta’ kustodja u riskji legali kif ukoll, fejn applikabbli, ir-riskji li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid.
— 
Speċifikazzjoni ta’ kif l-assi soġġetti għall-SFTs u s-swaps tar-redditu totali u l-kollateral riċevut jiġu salvagwardati (eż. għand kustodju tal-fondi).
— 
Speċifikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni (regolatorja jew awtoimposta) fuq l-użu mill-ġdid tal-kollateral.
— 
Politika dwar il-kondiviżjoni tar-redditu mill-SFTs u s-swaps tar-redditu totali: deskrizzjoni tal-proporzjonijiet tal-introjtu ġġenerat mill-SFTs u s-swaps tar-redditu totali li jerġa’ jmur lura fl-impriża ta’ investiment kollettiv, u tal-ispejjeż u t-tariffi assenjati lill-maniġer jew partijiet terzi (eż. aġent mutwanti). Il-prospett jew l-iżvelar lill-investituri għandu jindika wkoll jekk dawn il-partijiet humiex relatati mal-maniġer.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.