+KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Tipi ta' MMFs
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Awtorizzazzjoni tal-MMFs
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
---+Artikolu 5 Proċedura biex jiġu awtorizzati MMFs li huma AIFs
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 6 L-użu tad-deżinjazzjoni bħala MMF
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Regoli applikabbli
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“assi b'terminu qasir ta' żmien” tfisser assi finanzjarji b'maturità residwa li ma taqbiżx is-sentejn;

(2) 

“strumenti tas-suq monetarju” tfisser strumenti tas-suq monetarju kif definiti fl-Artikolu 2(1)(o) tad-Direttiva 2009/65/KE, u strumenti kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE ( 1 );

(3) 

“titoli trasferibbli” tfisser titoli trasferibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1)(n) tad-Direttiva 2009/65/KE, u strumenti kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2007/16/KE;

(4) 

“ftehim ta' riakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti waħda tittrasferixxi titoli jew drittijiet relatati ma' kontroparti, soġġetta għal impenn ta' riakkwist tagħhom bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(5) 

“ftehim ta' retroriakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti minnhom tirċievi titoli, jew xi dritt relatat ma' titolu jew titolu minn kontroparti, soġġett għal impenn li jinbiegħu lura bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(6) 

'għoti b'self ta' titoli' u 'teħid b'self ta' titoli' tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli soġġetta għal impenn li l-mutwatarju se jrodd lura titoli ekwivalenti f'xi data fil-ġejjieni jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, b'dik it-tranżazzjoni magħrufa bħala “għoti b'self ta' titoli” għall-istituzzjoni li tittrasferixxi t-titoli u magħrufa bħala “teħid b'self ta” titoli' għall-istituzzjoni li huma ttrasferiti lilha;

(7) 

“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 4(1)(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(8) 

“valwazzjoni skont is-suq” tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet fi prezzijiet ta' għeluq bil-lest li jinġiebu b'mod indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet tal-iskrin jew kwotazzjonijiet minn bosta sensara indipendenti b'reputazzjoni tajba;

(9) 

“valwazzjoni skont mudell” tfisser kwalunkwe valwazzjoni li taqbel ma' punt ta' riferiment, tiġi estrapolata jew tiġi kkalkolata b'xi mod ieħor minn input wieħed jew iktar tas-suq;

(10) 

“metodu ta' kost amortizzat” tfisser metodu ta' valwazzjoni li jieħu l-kost tal-akkwiżizzjoni ta' assi u jaġġusta dak il-valur għal amortizzazzjoni ta' primjums jew skontijiet sal-maturità;

(11) 

“MMF b'valur nett kostanti tal-assi ta' dejn pubbliku” jew “CNAV MMF ta' dejn pubbliku” tfisser MMF:

(a) 

li jfittex li jżomm valur nett stabbli tal-assi (NAV, net asset value) għal kull unità jew sehem;

(b) 

fejn id-dħul fil-fond ikun dovut kuljum u jista' jew jitħallas lill-investitur jew jintuża biex jinxtraw aktar unitajiet jew ishma fil-fond;

(c) 

u fejn l-assi ġeneralment jiġu valutati skont il-metodu ta' kost amortizzat u fejn in-NAV jitqarreb lejn l-eqreb punt perċentwali jew l-ekwivalenti tiegħu f'termini monetarji; u

(d) 

li jinvesti mill-inqas 99,5 % tal-assi tiegħu fi strumenti msemmija fl-Artikolu 17(7), ftehimiet ta' retroriakkwist garantit b'dejn tal-gvern imsemmi fl-Artikolu 17(7) u fi flus kontanti;

(12) 

“MMF b'volatilità baxxa tal-valur nett tal-assi” jew “LVNAV MMF” tfisser MMF li jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikoli 29, 30 u 32 u fl-Artikolu 33(2)(b);

(13) 

“MMF b'valur nett varjabbli tal-assi” jew “VNAV MMF” tfisser MMF li jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikoli 29 u 30 u fl-Artikolu 33(1);

(14) 

“MMF għal terminu qasir ta' żmien” tfisser MMF li jinvesti fi strumenti tas-suq monetarju eliġibbli msemmija fl-Artikolu 10(1) u li hu suġġett għar-regoli tal-protafoll stabbiliti fl-Artikolu 24;

(15) 

“MMF standard” tfisser MMF li jinvesti fi strumenti eliġibbli tas-suq monetarju msemmija fl-Artikolu 10(1) u (2) u huwa suġġett għar-regoli tal-portafoll stabbiliti fl-Artikolu 25;

(16) 

“istituzzjonijiet ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17) 

“awtorità kompetenti tal-MMF” tfisser:

(a) 

għall-UCITS, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-UCITS magħżula f'konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(b) 

għal AIFs tal-UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(p) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(c) 

għal AIFs mhux tal-UE, xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF mhux tal-UE jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bla passaport;

(ii) 

l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE li jmexxi l-AIF mhux tal-UE, fejn l-AIF mhux tal-UE jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bla passaport jew ma jitqiegħedx fis-suq tal-Unjoni;

(iii) 

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza jekk l-AIF mhux tal-UE ma jkunx immexxi minn AIFM tal-UE u jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni b'passaport;

(18) 

“maturità legali” tfisser id-data li fiha l-kapital prinċipali ta' titolu għandu jitħallas lura bis-sħiħ u li mhuwiex soġġett għal xi għażla;

(19) 

“maturità medja ponderata” (weighted average maturity) jew “WAM” tfisser it-tul medju ta' żmien għall-maturità legali jew, jekk iqsar, għar-rata tal-imgħax li jmiss issettjata mill-ġdid għal rata tas-suq monetarju, tal-assi sottostanti kollha fl-MMF li jirriflettu l-parteċipazzjonijiet relattivi f'kull assi;

(20) 

“ħajja medja ponderata” (weighted average life) jew “WAL” tfisser it-tul medju ta' żmien għall-maturità legali tal-assi kollha sottostanti fl-MMF li jirriflettu l-parteċipazzjonijiet relattivi f'kull assi;

(21) 

“maturità residwa” tfisser it-tul ta' żmien li jifdal sal-maturità legali ta' titolu;

(22) 

“bejgħ bin-nieqes” tfisser kwalunkwe bejgħ minn MMF ta' strument li l-MMF ma jippossjedix fil-ħin li jidħol fil-ftehim ta' bejgħ, inkluż dak il-bejgħ fejn, fil-ħin li jidħol fil-ftehim ta' bejgħ, l-MMF ikun issellef jew ftiehem li jissellef l-istrument għall-konsenja mal-ħlas, li ma jinkludix:

(a) 

bejgħ minn kwalunkwe parti taħt ftehim ta' riakkwist fejn parti qablet li tbigħ lill-oħra titolu għal prezz speċifikat b'impenn mill-parti l-oħra li tbigħ it-titolu lura f'data aktar tard għal prezz speċifikat ieħor, jew

(b) 

id-dħul f'kuntratt ta' futuri jew kuntratt ta' derivattiv ieħor fejn huwa maqbul li jinbiegħu t-titoli għal prezz speċifikat f'data futura;

(23) 

“maniġer ta' MMF” tfisser, fil-każ ta' MMF li hu UCITS, il-kumpanija maniġerjali UCITS jew il-kumpanija ta' investiment tal-UCITS f'każ ta' UCITS li timmaniġġja lilha nnifisha, u fil-każ ta' MMF li hi AIF, AIFM jew AIF li timmaniġġja lilha nnifisha;

▼M3

(24) 

“CCP” tfisser CCP kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( 2 ).

▼B

Artikolu 3 Tipi ta' MMFs
Artikolu 4 Awtorizzazzjoni tal-MMFs
Artikolu 5 Proċedura biex jiġu awtorizzati MMFs li huma AIFs
Artikolu 6 L-użu tad-deżinjazzjoni bħala MMF
Artikolu 7 Regoli applikabbli

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.