+Artikolu 5 Proċedura biex jiġu awtorizzati MMFs li huma AIFs
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Proċedura biex jiġu awtorizzati MMFs li huma AIFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
AIF għandu jkun awtorizzat bħala MMF biss jekk l-awtorità kompetenti tal-MMF tapprova l-applikazzjoni mressqa minn AIFM, li jkun diġà awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE, biex imexxi MMF li hu AIF, u japprova wkoll ir-regoli tal-fond u l-għażla tad-depożitarju.
Artikolu 5 2.

Meta jissottometti l-applikazzjoni biex imexxi MMF li huwa AIF, l-AIFM awtorizzat għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-MMF:

(a) 

bil-ftehim miktub mad-depożitarju;

(b) 

b'informazzjoni fuq l-arranġamenti ta' delegazzjoni dwar il-portafoll u l-immaniġġar u l-amministrazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-AIF;

(c) 

b'informazzjoni fuq l-istrateġiji ta' investiment, il-profil ta' riskju u karatteristiċi oħrajn ta' MMFs li huma AIFs li l-AIFM imexxi jew għandu l-ħsieb li jmexxi.

L-awtorità kompetenti tal-MMF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM għal kjarifika u informazzjoni li tikkonċerna d-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jew attestazzjoni dwar jekk l-MMFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta' tmexxija tal-AIFM. L-awtorità kompetenti tal-AIFM għandha twieġeb fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn tali talba.

Artikolu 5 3.
Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-awtorità kompetenti tal-MMF mill-AIFM.
Artikolu 5 4.

L-awtorità kompetenti tal-MMF għandha tirrifjuta l-applikazzjoni tal-AIFM biss f'każ li tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-AIFM ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament;

(b) 

l-AIFM ma jikkonformax mad-Direttiva 2011/61/UE;

(c) 

l-AIFM mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex imexxi MMFs;

(d) 

l-AIFM ma pprovdiex id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Qabel tirrifjuta applikazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-MMF għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-AIFM.

Artikolu 5 5.
L-awtorizzazzjoni ta' AIF bħala MMF ma għandhiex tkun soġġetta għal rekwiżit li l-AIF jitmexxa minn AIFM awtorizzat fl-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF jew li l-AIFM iwettaq jew jiddelega xi attivitajiet fl-Istat Membru ta' oriġini tal-AIF.
Artikolu 5 6.
Fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa, l-AIFM għandu jiġi mgħarraf jekk ingħatatx jew le awtorizzazzjoni tal-AIF bħala MMF.
Artikolu 5 7.
L-awtorità kompetenti tal-MMF ma għandhiex tagħti awtorizzazzjoni ta' AIF bħala MMF jekk l-AIF huwa legalment projbit milli jqiegħed fis-suq l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru ta' oriġini tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.