+Artikolu 4 Awtorizzazzjoni tal-MMFs
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.

Artikolu 4 Awtorizzazzjoni tal-MMFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Ebda impriża ta' investiment kollettiv ma għandha titwaqqaf, titqiegħed fis-suq jew titmexxa fl-Unjoni bħala MMF sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata skont dan ir-Regolament.

Din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 4 2.
Impriża ta' investiment kollettiv li teħtieġ awtorizzazzjoni bħala UCITS taħt id-Direttiva 2009/65/KE u bħala MMF taħt dan ir-Regolament għall-ewwel darba għandha tkun awtorizzata bħala MMF bħala parti mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE.

Fejn impriża ta' investiment kollettiv tkun diġà ġiet awtorizzata bħala UCITS skont id-Direttiva 2009/65/KE, din tista' tapplika għal awtorizzazzjoni bħala MMF f'konformtà mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4 3.
Impriża ta' investiment kollettiv li hija AIF u li teħtieġ awtorizzazzjoni bħala MMF taħt dan ir-Regolament għandha tkun awtorizzata bħala MMF skont il-proċedura ta' awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5.
Artikolu 4 4.
Ebda impriża ta' investiment kollettiv ma għandha tkun awtorizzata bħala MMF sakemm l-awtorità kompetenti tal-MMF ma tkunx sodisfatta li l-MMF se jkun kapaċi jilħaq ir-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4 5.

Għall-finijiet ta' awtorizzazzjoni bħala MMF, impriża ta' investiment kollettiv għandha tissottometti lill-awtorità kompetenti tagħha d-dokumenti kollha li ġejjin:

(a) 

ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-MMF, inkluża indikazzjoni ta' liema tip ta' MMF ikun minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3(1);

(b) 

identifikazzjoni tal-maniġer tal-MMF;

(c) 

identifikazzjoni tad-depożitarju;

(d) 

deskrizzjoni tal-MMF disponibbli għall-investituri, jew kwalunkwe informazzjoni fuqu;

(e) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tinżamm konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-Kapitoli minn II sa VII, jew kwalunke informazzjoni fuqhom;

(f) 

kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti oħrajn mitlubin mill-awtorità kompetenti tal-MMF biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4 6.
Fuq bażi trimestrali, l-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-ESMA dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 4 7.
L-ESMA għandha żżomm reġistru ċentrali pubbliku u fih tidentifika kull MMF awtorizzat skont dan ir-Regolament, it-tip tiegħu skont l-Artikolu 3(1), jekk huwiex MMF għal terminu qasir ta' żmien jew standard, il-maniġer ta' MMF u l-awtorità kompetenti tal-MMF. Ir-reġistru jkun disponibbli f'format elettroniku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.