+Artikolu 9 Assi eliġibbli
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Assi eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
MMF għandu jinvesti biss f'waħda jew iktar mill-kategoriji li ġejjin ta' assi finanzjarji u dejjem bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament:
(a)
strumenti tas-suq monetarju inklużi strumenti finanzjarji maħruġin jew garantiti separatament jew b'mod konġunt mill-Unjoni, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri jew il-banek ċentrali tagħhom, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali jew kwalunkwe istituzzjoni jew organizzazzjoni finanzjarja internazzjonali rilevanti oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar;
(b)
titolizzazzjonijiet eliġibbli u karti kummerċjali garantiti b'assi (ABCPs);
(c)
depożiti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu;
(d)
strumenti finanzjarji derivattivi;
(e)
ftehimiet ta' riakkwist li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14;
(f)
ftehimiet ta' retroriakkwist li jissodisfaw l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15;
(g)
unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra.
|
|
Artikolu 9 2.
|
MMF ma għandux iwettaq xi waħda minn dawn l-attivitajiet:
(a)
jinvesti f'assi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ibigħ bin-nieqes xi wieħed mill-istrumenti li ġejjin: strumenti tas-suq monetarju, titolizzazzjonijiet, ABCPs u unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra;
(c)
jieħu skopertura diretta jew indiretta għal ekwità jew komoditajiet, inkluż permezz ta' derivattivi, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċijiet ibbażati fuqhom, jew xi mezz jew strument ieħor li jagħti xi skopertura għalihom;
(d)
jidħol fi ftehimiet ta' għoti b'self ta' titoli jew ftehimiet ta' teħid b'self ta' titoli, jew kwalunkwe ftehim ieħor li jkun ta' piż għall-assi tal-MMF;
(e)
jieħu u jagħti b'self flus kontanti.
|
|
Artikolu 9 3.
|
MMF jista' jżomm assi likwidi anċillari f'konformità mal-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2009/65/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|