|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.MMF għandu jinvesti biss f'waħda jew iktar mill-kategoriji li ġejjin ta' assi finanzjarji u dejjem bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament:
(a)
strumenti tas-suq monetarju inklużi strumenti finanzjarji maħruġin jew garantiti separatament jew b'mod konġunt mill-Unjoni, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri jew il-banek ċentrali tagħhom, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali jew kwalunkwe istituzzjoni jew organizzazzjoni finanzjarja internazzjonali rilevanti oħra li għaliha jappartjeni Stat Membru wieħed jew iktar;
(b)
titolizzazzjonijiet eliġibbli u karti kummerċjali garantiti b'assi (ABCPs);
(c)
depożiti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu;
(d)
strumenti finanzjarji derivattivi;
(e)
ftehimiet ta' riakkwist li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14;
(f)
ftehimiet ta' retroriakkwist li jissodisfaw l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15;
(g)
unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|