+Artikolu 10 Strumenti eliġibbli tas-suq monetarju
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Strumenti eliġibbli tas-suq monetarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Strument tas-suq monetarju għandu jkun eliġibbli għal investiment minn MFF dment li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
jaqa' f'waħda mill-kategoriji ta' strumenti tas-suq monetarju msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (h) tal-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(b)
juri wieħed mill-karatteristiċi alternattivi li ġejjin:
(i)
ikollu maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas;
(ii)
ikollu maturità residwa ta' 397 jum jew inqas;
(c)
l-emittent tal-istrument tas-suq monetarju u l-kwalità tal-istrument tas-suq monetarju ikunu ngħataw valutazzjoni favorevoli skont l-Artikoli 19 sa 22;
(d)
fejn MMF jinvesti f'titolizzazzjoni jew ABCP, dan ikun soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Minkejja l-punt (b) tal-paragrafu 1, MMFs standard għandhom jitħallew jinvestu fi strumenti tas-suq monetarju b'maturità residwa sad-data legali tat-tifdija ta' sentejn jew inqas, bil-kundizzjoni li ż-żmien li jifdal sad-data tar-risettjar tar-rata tal-imgħax li jkun imiss ikun ta' 397 jum jew inqas. Għal dak il-għan, l-istrumenti tas-suq monetarju b'rata varjabbli u l-istrumenti tas-suq monetarju b'rata fissa ħħeġġjati permezz ta' arranġament ta' tpartit għandhom jirrisettjaw għal rata jew indiċi tas-suq monetarju.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għal strumenti tas-suq monetarju maħruġin jew garantiti mill-Unjoni, minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, mill-Bank Ċentrali Ewropew, mill-Bank Ewropew tal-Investiment, mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jew mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja.'
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|