|
+Artikolu 11 4. |
Artikolu 11 4.Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Regolament propost dwar titolizzazzjonijiet STS, att delegat f'konformità mal-Artikolu 45 li jemenda dan l-Artikolu billi jintroduċi referenza għall-kriterji li jidentifikaw titolizzazzjonijiet STS u ABCPs fid-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament. L-emenda għandha ssir effettiva l-aktar tard sa' sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak l-att delegat jew mid-data ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrispondenti fir-Regolament propost dwar titolizzazzjonijiet STS liema minnhom tkun l-aktar tard. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kriterji li jidentifikaw it-titolizzazzjonijiet STS u l-ABCPs għandhom jinkludu tal-inqas dan li ġej:
(a)
ir-rekwiżiti li jirrigwardaw is-sempliċità tat-titolizzazzjoni, inklużi l-karattru reali tal-bejgħ u r-rispett tal-istandards relatati mas-sottoskrizzjoni tal-iskoperturi;
(b)
ir-rekwiżiti relatati mal-istandizzazzjoni tat-titolizzazzjoni, inklużi r-rekwiżiti taż-żamma tar-riskju;
(c)
ir-rekwiżiti relatati mat-trasparenza ta' titolizzazzjoni, inkluż l-għoti ta' informazzjoni lil investituri potenzjali;
(d)
għall-ABCPs, barra mill-punti (a), (b) u (c), rekwiżiti relatati mal-isponsor u mal-appoġġ tal-isponsor għall-programm tal-ABCP. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|