+Artikolu 11 Titolizzazzjonijiet u ABCPs eliġibbli
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Titolizzazzjonijiet u ABCPs eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.

Kemm titolizzazzjoni kif ukoll ABCP għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għal investiment minn MFF sakemm it-titolizzazzjoni jew l-ABCP ikunu biżżejjed likwidi, irċevew valutazzjoni favorevoli skont l-Artikoli 19 sa 22, u huma waħda minn dawk li ġejjin:

(a) 

titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 ( 3 );

(b) 

ABCP maħruġ minn programm ABCP li:

(i) 

ikun appoġġat b'mod sħiħ minn istituzzjoni ta' kreditu regolata li tkopri l-likwidità, il-kreditu u riskju ta' dilwizzjoni materjali kollha, kif ukoll l-issuktar tal-kostijiet u l-issuktar tal-kostijiet fil-programm kollu tal-ABCP, jekk meħtieġ biex jiggarantixxi l-investitur il-ħlas sħiħ ta' kull ammont skont il-ABCP;

(ii) 

ma jkunx rititolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni fil-livell ta' kull tranżazzjoni ABCP ma jinkludu ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni;

(iii) 

ma jinkludix titolizzazzjoni sintetika kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 242 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M1

(c) 

Titolizzazzjoni (STS) sempliċi, trasparenti u standardizzata, kif determinata f'konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), jew ABCP STS, kif iddeterminata f'konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 24, 25 u 26 ta' dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 11 2.

MMF għal terminu qasir ta' żmien jista' jinvesti f'titolizzazzjonijiet jew ABCPs imsemmija fil-paragrafu 1 sakemm kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta, kif applikabbli:

(a) 

il-maturità legali fil-ħruġ tat-titolizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun ta' sentejn jew anqas u ż-żmien li jkun fadal sad-data ffissata li jmiss tar-rata ta' imgħax ikun 397 jum jew inqas;

(b) 

il-maturità legali fil-ħruġ jew il-maturità residwa ta' titolizzazzjonijiet jew ABCPs imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 tkun 397 jum jew inqas.

(c) 

it-titolizzazzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 ikunu strumenti ta' amortizzazzjoni u jkollhom WAL ta' sentejn jew inqas.

Artikolu 11 3.

MMF standard jista' jinvesti f'titolizzazzjonijiet jew ABCPs imsemmija fil-paragrafu 1 sakemm kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta, kif applikabbli:

(a) 

il-maturità legali fil-ħruġ jew il-maturità residwa tat-titolizzazzjonijiet u l-ABCPs imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tkun sentejn jew inqas u ż-żmien li jkun fadal sad-data stabbilita li jmiss tar-rata ta' imgħax tkun 397 jum jew inqas;

(b) 

it-titolizzazzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 ikunu strumenti ta' amortizzazzjoni u jkollhom WAL ta' sentejn jew inqas.

Artikolu 11 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Regolament propost dwar titolizzazzjonijiet STS, att delegat f'konformità mal-Artikolu 45 li jemenda dan l-Artikolu billi jintroduċi referenza għall-kriterji li jidentifikaw titolizzazzjonijiet STS u ABCPs fid-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament. L-emenda għandha ssir effettiva l-aktar tard sa' sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak l-att delegat jew mid-data ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet korrispondenti fir-Regolament propost dwar titolizzazzjonijiet STS liema minnhom tkun l-aktar tard.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kriterji li jidentifikaw it-titolizzazzjonijiet STS u l-ABCPs għandhom jinkludu tal-inqas dan li ġej:

(a) 

ir-rekwiżiti li jirrigwardaw is-sempliċità tat-titolizzazzjoni, inklużi l-karattru reali tal-bejgħ u r-rispett tal-istandards relatati mas-sottoskrizzjoni tal-iskoperturi;

(b) 

ir-rekwiżiti relatati mal-istandizzazzjoni tat-titolizzazzjoni, inklużi r-rekwiżiti taż-żamma tar-riskju;

(c) 

ir-rekwiżiti relatati mat-trasparenza ta' titolizzazzjoni, inkluż l-għoti ta' informazzjoni lil investituri potenzjali;

(d) 

għall-ABCPs, barra mill-punti (a), (b) u (c), rekwiżiti relatati mal-isponsor u mal-appoġġ tal-isponsor għall-programm tal-ABCP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.