|
+Artikolu 13 Strumenti finanzjarji derivattivi eliġibbli |
Artikolu 13 Strumenti finanzjarji derivattivi eliġibbliArtikolu 13 Strumenti finanzjarji derivattivi eliġibbli Strument finanzjarju derivattiv għandu jkun eliġibbli għal investiment minn MMF sakemm huwa nnegozjat f'suq regolat imsemmi fil-punt (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE jew OTC u sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sottostanti tal-istrument derivattiv jikkonsisti f'rati tal-imgħax, rati tal-kambju, muniti jew indiċijiet li jirrappreżentaw waħda minn dawk il-kategoriji;
(b)
l-istrument derivattiv jintuża biss għall-fini ta' hedging tar-rata ta' imgħax jew tar-riskji tar-rata tal-kambju inerenti f'investimenti oħrajn tal-MMF;
(c)
il-kontropartijiet għat-tranżazzjonijiet derivattivi OTC huma istituzzjonijiet soġġetti għal regolament u superviżjoni prudenzjali u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtorità kompetenti tal-MMF;
(d)
id-derivattivi OTC huma soġġetti għal valwazzjoni kredibbli u verifikabbli fuq bażi ta' kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu permezz ta' tranżazzjoni ta' tpaċija fi kwalunkwe żmien bil-valur ġust tagħhom fuq inizjattiva tal-MMF. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|