+Artikolu 14 Ftehimiet ta' riakkwist eliġibbli

Artikolu 14 Ftehimiet ta' riakkwist eliġibbli

Artikolu 14

Ftehimiet ta' riakkwist eliġibbli

Ftehim ta' riakkwist għandu jkun eliġibbli sabiex MMF jidħol fih dment li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun użat fuq bażi temporanja. għal mhux aktar minn sebat ijiem ta' xogħol, unikament għal skopijiet ta' mmaniġġar ta' likwidità u mhux għal finijiet ta' investiment minbarra dawk imsemmija fil-punt (c);

(b) 

il-kontroparti li tirċievi l-assi trasferiti mill-MMF bħala kollateral skont il-ftehim ta' riakkwist tkun projbita milli tbigħ, tinvesti, tirhan jew tittrasferixxi b'mod ieħor dawk l-assi mingħajr il-kunsens minn qabel tal-MMF;

(c) 

il-flus kontanti li jirċievi l-MMF bħala parti mill-ftehim ta' riakkwist jistgħu jkunu:

(i) 

imqiegħda fuq depożiti f'konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE; jew

(ii) 

investiti f'assi msemmija fl-Artikolu 15(6), imma ma jistgħux b'mod ieħor ikunu investiti f'assi eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 9, trasferiti jew b'mod ieħor użati mill-ġdid;

▼M3

(d) 

il-flus kontanti riċevuti mill-MMF bħala parti mill-ftehim ta’ riakkwist li ma jiġux ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, ma jaqbżux 10 % tal-assi tiegħu;

(da) 

il-flus kontanti riċevuti mill-MMF bħala parti mill-ftehim ta’ riakkwist li jiġu kklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, ma jaqbżux 15 % tal-assi tiegħu;

▼B

(e) 

l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara li jagħti avviż minn qabel ta' mhux aktar minn jumejn ta' xogħol;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.