+Artikolu 15 Ftehimiet ta' retroriakkwist eliġibbli
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.

Artikolu 15 Ftehimiet ta' retroriakkwist eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.

Ftehim ta' retroriakkwist għandu jkun eliġibbli sabiex MMF jidħol fih dment li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-MMF għandu d-dritt itemm il-ftehim fi kwalunkwe ħin wara li jingħata avviż minn qabel ta' mhux aktar minn jumejn ta' xogħol;

(b) 

il-valur fis-suq tal-assi riċevuti bħala parti mill-ftehim ta' retroriakkwist huwa fil-ħinijiet kollha tal-inqas daqs il-valur tal-flus kontanti mħallsa.

Artikolu 15 2.
L-assi riċevuti minn MMF bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist għandhom ikunu strumenti tas-suq monetarju li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10.

L-assi riċevuti minn MMF bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist ma għandhomx jinbiegħu, jerġgħu jiġu investiti, mirhuna jew trasferiti b'xi mod ieħor.

Artikolu 15 3.
It-titolizzazzjonijiet u l-ABCPs ma għandhomx ikunu waslu għand MMF bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist.
Artikolu 15 4.
L-assi riċevuti minn MMF bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist għandhom ikunu diversifikati biżżejjed bi skopertura massima għal emittent speċifiku ta' 15 % tan-NAV tal-MMF, ħlief meta dawk l-assi jieħdu l-forma ta' strumenti tas-suq monetarju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 17(7). Barra minn hekk, l-assi riċevuti minn MMF bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist għandhom jinħarġu minn entità li tkun indipendenti mill-kontroparti u mistennija li ma turix korrelazzjoni għolja mal-prestazzjoni tal-kontroparti.
Artikolu 15 5.
MMF li jidħol fi ftehim ta' retroriakkwist għandu jiżgura li jista' jerġa' jieħu lura l-ammont sħiħ ta' flus kontanti fi kwalunkwe ħin jew fuq bażi ta' dħul dovut jew fuq bażi ta' valwazzjoni skont is-suq. Meta l-flus kontanti jkunu jistgħu jinġabru lura fi kwalunkwe ħin fuq bażi ta' valwazzjoni skont is-suq, il-valur tal-valwazzjoni skont is-suq tal-ftehim ta' retroriakkwist għandu jintuża għall-kalkolu tan-NAV tal-MMF.
Artikolu 15 6.

B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, MMF jista' jirċievi bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist titoli likwidi trasferibbli jew strumenti tas-suq monetarju minbarra dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10 sakemm dawk l-assi jkunu konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu maħruġa jew garantiti mill-Unjoni, awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' Stat Membru, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jew il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja sakemm tkun ġiet riċevuta valutazzjoni favorevoli skont l-Artikoli minn 19 sa 22;

(b) 

ikunu maħruġa jew iggarantiti minn awtorità ċentrali jew bank ċentrali ta' pajjiż terz, sakemm tkun ġiet riċevuta valutazzjoni favorevoli skont l-Artikoli minn 19 sa 22.

L-assi riċevuti bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu żvelati għall-investituri tal-MMF, f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

L-assi riċevuti bħala parti minn ftehim ta' retroriakkwist f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 17(7).

Artikolu 15 7.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika rekwiżiti tal-likwidità kwantitattiva u kwalitattiva applikabbli għal assi msemmija fil-paragrafu 6 u rekwiżiti kwantitattivi u kwalitattivi għall-kwalità tal-kreditu applikabbli għal assi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Għal dawk l-għanijiet, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 509(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu sa mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar 2018.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.