+Artikolu 16 Unitajiet jew ishma eliġibbli tal-MMFs
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
|
Artikolu 16 Unitajiet jew ishma eliġibbli tal-MMFs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
MMF jista' jakkwista l-unitajiet jew l-ishma ta' kwalunkwe MMF ieħor (“MMF fil-mira”) dment li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
mhux aktar minn 10 % tal-assi tal-MMF fil-mira ikunu jistgħu, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tiegħu, jiġu investiti b'mod aggregat f'unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra;
(b)
l-MMF fil-mira ma jkollux unitajiet jew ishma fl-MMF akkwirent.
MMF li l-unitajiet jew l-ishma tiegħu ġew akkwistati ma għandux jinvesti fl-MMFakkwirent matul il-perjodu li fih l-MMF akkwirent ikollu unitajiet jew ishma fih.
|
|
Artikolu 16 2.
|
MMF jista' jakkwista l-unitajiet jew l-ishma ta' MMFs oħra, sakemm ma jiġux investiti iktar minn 5 % tal-assi tiegħu f'unitajiet jew ishma ta' MMF uniku.
|
|
Artikolu 16 3.
|
MMF jista', bħala aggregat, jinvesti mhux aktar minn 17,5 % tal-assi tiegħu f'unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra għandhom ikunu eliġibbli għall-investiment minn MMF sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-MMF fil-mira jkun awtorizzat skont dan ir-Regolament;
(b)
fejn l-MMF fil-mira jkun ġestit, kemm jekk direttament jew permezz ta' delega, mill-istess maniġer bħal dak tal-MMF akkwirent jew minn kwalunkwe kumpanija oħra li l-maniġer tal-MMF akkwirent huwa marbut magħha b'ġestjoni jew kontroll komuni, kif ukoll jekk minn parteċipazzjoni sostanzjali diretta jew indiretta, il-maniġer tal-MMF fil-mira, jew dik il-kumpanija l-oħra, huma pprojbiti milli jimponu tariffi ta' sottoskrizzjoni jew tifdija abbażi tal-investiment mill-MMF akkwirent fl-unitajiet jew l-ishma tal-MMF fil-mira;
(c)
fejn MMF jinvesti 10 % jew iktar tal-assi tiegħu f'unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra:
(i)
il-prospett ta' dak l-MMF jiżvela l-livell massimu tat-tariffi tal-ġestjoni li jistgħu jiġu imposti fuq l-MMF innifsu kif ukoll fuq l-MMFs l-oħra li jinvesti fihom; u
(ii)
ir-rapport annwali għandu jindika l-proporzjon massimu ta' tariffi tal-ġestjoni imposti fuq l-MMF innifsu kif ukoll fuq l-MMFs l-oħra li jinvesti fihom.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal MMF li jkun AIF awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 5, fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a)
l-MMF ikun qed jiġi kummerċjalizzat unikament permezz ta' skema ta' tfaddil għall-impjegati rregolata bil-liġi nazzjonali u li jkollha biss persuni fiżiċi bħala investituri;
(b)
l-iskema ta' tfaddil għall-impjegati msemmija fil-punt (a) tippermetti lill-investituri jifdu l-investiment tagħhom biss skont termini ta' tifdija restrittivi li jkunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali, fejn it-tifdijiet jistgħu jsiru biss f'ċerti ċirkustanzi li ma jkunux marbuta ma' żviluppi tas-suq.
B'deroga mill-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, MMF li jkun UCITS awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 4(2) jista' jakkwista unitajiet jew ishma f'MMFs oħra f'konformità mal-Artikolu 55 jew 58 tad-Direttiva 2009/65/KE skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-MMF ikun qed jiġi kummerċjalizzat unikament permezz ta' skema ta' tfaddil għall-impjegati rregolata bil-liġi nazzjonali u li jkollha biss persuni fiżiċi bħala investituri;
(b)
l-iskema ta' tfaddil għall-impjegati msemmija fil-punt (a) tippermetti lill-investituri jifdu l-investiment tagħhom biss skont termini ta' tifdija restrittivi li jkunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali, fejn it-tifdijiet jistgħu jsiru biss f'ċerti ċirkustanzi li ma jkunux marbuta ma' żviluppi tas-suq.
|
|
Artikolu 16 6.
|
MMFs għal terminu qasir ta' żmien jistgħu jinvestu biss f'unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra għal terminu qasir ta' żmien.
|
|
Artikolu 16 7.
|
MMFs standard jistgħu jinvestu f'unitajiet jew ishma ta' MMFs għal terminu qasir ta' żmien u f'MMFs standard.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|