|
+Artikolu 16 4. |
Artikolu 16 4.Unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra għandhom ikunu eliġibbli għall-investiment minn MMF sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-MMF fil-mira jkun awtorizzat skont dan ir-Regolament;
(b)
fejn l-MMF fil-mira jkun ġestit, kemm jekk direttament jew permezz ta' delega, mill-istess maniġer bħal dak tal-MMF akkwirent jew minn kwalunkwe kumpanija oħra li l-maniġer tal-MMF akkwirent huwa marbut magħha b'ġestjoni jew kontroll komuni, kif ukoll jekk minn parteċipazzjoni sostanzjali diretta jew indiretta, il-maniġer tal-MMF fil-mira, jew dik il-kumpanija l-oħra, huma pprojbiti milli jimponu tariffi ta' sottoskrizzjoni jew tifdija abbażi tal-investiment mill-MMF akkwirent fl-unitajiet jew l-ishma tal-MMF fil-mira;
(c)
fejn MMF jinvesti 10 % jew iktar tal-assi tiegħu f'unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra:
(i)
il-prospett ta' dak l-MMF jiżvela l-livell massimu tat-tariffi tal-ġestjoni li jistgħu jiġu imposti fuq l-MMF innifsu kif ukoll fuq l-MMFs l-oħra li jinvesti fihom; u
(ii)
ir-rapport annwali għandu jindika l-proporzjon massimu ta' tariffi tal-ġestjoni imposti fuq l-MMF innifsu kif ukoll fuq l-MMFs l-oħra li jinvesti fihom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|