|
+Artikolu 21 1. |
Artikolu 21 1.Il-maniġer ta' MMF għandu jiddokumenta l-proċedura interna tiegħu ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu u l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dawn kollha:
(a)
id-disinn u d-dettalji operattivi tal-proċedura interna tiegħu ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu b'tali mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem u tevalwa l-adegwatezza ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu;
(b)
il-ħsieb għal u l-analiżi li ssostni l-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, kif ukoll l-għażla tal-maniġer ta' MMF ta' kriterji għal, u l-frekwenza ta', ir-rieżami tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu;
(c)
il-bidliet ewlenin kollha fil-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, inkluża l-identifikazzjoni tal-ixkattaturi ta' tali bidliet;
(d)
l-organizzazzjoni tal-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu u l-istruttura interna ta' kontroll;
(e)
l-informazzjoni interna sħiħa tal-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu dwar l-istrumenti, l-emittenti u, fejn rilevanti, il-garanti rikonoxxuti;
(f)
il-persuna jew persuni responsabbli għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|