+Artikolu 21 Dokumentazzjoni
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.

Artikolu 21 Dokumentazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.

Il-maniġer ta' MMF għandu jiddokumenta l-proċedura interna tiegħu ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu u l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dawn kollha:

(a) 

id-disinn u d-dettalji operattivi tal-proċedura interna tiegħu ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu b'tali mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem u tevalwa l-adegwatezza ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu;

(b) 

il-ħsieb għal u l-analiżi li ssostni l-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, kif ukoll l-għażla tal-maniġer ta' MMF ta' kriterji għal, u l-frekwenza ta', ir-rieżami tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu;

(c) 

il-bidliet ewlenin kollha fil-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, inkluża l-identifikazzjoni tal-ixkattaturi ta' tali bidliet;

(d) 

l-organizzazzjoni tal-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu u l-istruttura interna ta' kontroll;

(e) 

l-informazzjoni interna sħiħa tal-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu dwar l-istrumenti, l-emittenti u, fejn rilevanti, il-garanti rikonoxxuti;

(f) 

il-persuna jew persuni responsabbli għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.

Artikolu 21 2.
Il-maniġer ta' MMF għandu jżomm id-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għal mill-inqas tliet perjodi ta' kontabilità annwali kompleti.
Artikolu 21 3.
Il-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandha tiġi dettaljata fir-regoli tal-fond jew ir-regoli ta' inkorporazzjoni tal-MMF u d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-MMFs u lill-awtoritajiet kompetenti tal-maniġer tal-MMF.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.