|
+Artikolu 39 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti |
Artikolu 39 Setgħat tal-awtoritajiet kompetentiArtikolu 39 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti Mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mad-Direttiva 2009/65/KE jew 2011/61/UE, kif applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti, f'konformità mal-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu dan kollu li ġej:
(a)
jitolbu l-aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma, u jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;
(b)
jitolbu lil MMF jew il-maniġer ta' MMF biex jipprovdi l-informazzjoni mingħajr dewmien;
(c)
jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet ta' MMF jew il-maniġer ta' MMF;
(d)
iwettqu spezzjonijiet fuq il-post b'avviż minn qabel jew mingħajru;
(e)
jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li MMF jew il-maniġer ta' MMF ikompli jikkonforma ma' dan ir-Regolament;
(f)
joħorġu ordni biex jiżguraw li MMF jew il-maniġer ta' MMF jikkonforma ma' dan ir-Regolament u jiddesisti milli jirrepeti xi mġiba li tista' tikser dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|