2. Il-korp ta’ ġestjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jistabbilixxi, u jissorvelja l-implimentazzjoni ta', sistemi u kontrolli xierqa biex jiġu valutati r-riskji relatati mas-self intermedjat fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.
Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdi ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self għandu jiżgura li jkollu fis-seħħ sistemi u kontrolli adegwati għall-ġestjoni tar-riskju u l-immudellar finanzjarju għal dak il-forniment ta' ta' servizzi u li huwa jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) sa (3).