+Artikolu 4 Ġestjoni effettiva u prudenti
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4

Artikolu 4 Ġestjoni effettiva u prudenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Il-korp ta’ ġestjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jistabbilixxi, u jissorvelja l-implimentazzjoni ta', politiki u proċeduri adegwati biex tiġi żgurata ġestjoni effettiva u prudenti, inkluż is-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-kontinwità tan-negozju u l-prevenzjoni ta' konflitti ta' interess, b'mod li jippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tiegħu.

Artikolu 4 2

2.   Il-korp ta’ ġestjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jistabbilixxi, u jissorvelja l-implimentazzjoni ta', sistemi u kontrolli xierqa biex jiġu valutati r-riskji relatati mas-self intermedjat fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdi ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self għandu jiżgura li jkollu fis-seħħ sistemi u kontrolli adegwati għall-ġestjoni tar-riskju u l-immudellar finanzjarju għal dak il-forniment ta' ta' servizzi u li huwa jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) sa (3).

Artikolu 4 3

3.   Il-korp ta’ ġestjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jirrieżamina, mill-inqas darba kull sentejn, filwaqt li tieħu kont tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti, is-salvagwardji prudenzjali msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 12(2) u l-pjan ta' kontinwità tan-negozju msemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 12(2).

Artikolu 4 4

4.   Fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiddetermina l-prezz ta' offerta ta' finanzjament kollettiv, dan għandu:

(a)

iwettaq valutazzjoni raġonevoli tar-riskju ta' kreditu tal-proġett ta' finanzjament kollettiv jew ta' sid il-proġett qabel ma ssir l-offerta ta' finanzjament kollettiv, inkluż billi jitqies ir-riskju li l-proġett ta' finanzjament kollettiv jew sid il-proġett ma jagħmilx, fil-każ ta' self, bond jew forma oħra ta' dejn titolizzat, ripagament wieħed jew aktar sad-data ta' maturità;

(b)

jibbaża l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu msemmi fi-punt (a) fuq informazzjoni suffiċjenti, inkluż dan li ġej:

(i)

fejn disponibbli, kontijiet awditjati li jkopru l-aħħar sentejn finanzjarji;

(ii)

l-informazzjoni li jkun konxju minnha fil-mument li titwettaq il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu;

(iii)

l-informazzjoni li tkun inkisbet, fejn xieraq, minn sid il-proġett; u

(iv)

l-informazzjoni li tippermetti lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv iwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu raġonevoli;

(c)

jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politiki u proċeduri ċari u effettivi biex ikun jista' jwettaq valutazzjonijiet tar-riskju tal-kreditu, u jippubblika dawk il-politiki u l-proċeduri;

(d)

jiżgura li l-prezz ikun ġust u xieraq, inkluż f'sitwazzjonijiet fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jiddetermina l-prezz ta' self ikun qed jiffaċilita ħruġ għal sellief qabel id-data ta' maturità ta' self;

(e)

iwettaq valutazzjoni ta' kull self f'mill-inqas iċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(i)

fil-mument meta jiġi oriġinat is-self;

(ii)

fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv iqis li sid il-proġett x'aktarx li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu li jħallas lura s-self b'mod sħiħ, mingħajr ma l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jinforza xi interess ta' sigurtà rilevanti jew jieħu passi oħra b'effett analogu;

(iii)

wara inadempjenza; u

(iv)

fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun qed jiffaċilita ħruġ għal sellief qabel id-data ta' maturità tas-self;

(f)

ikollu u juża qafas ta' ġestjoni tar-riskju li jkun imfassal biex tinkiseb konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu;

(g)

iżomm rekord ta' kull offerta ta' finanzjament kollettiv faċilitata li jkun biżżejjed biex juri li:

(i)

twettqet valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu meta meħtieġ u f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu; u

(ii)

il-prezz tal-offerta ta' finanzjament kollettiv kien ġust u xieraq skont il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.