+Artikolu 6 4

Artikolu 6 4

4.   Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu, fuq bażi kontinwa u fuq it-talba ta' investitur, jipprovdi permezz ta' mezzi elettroniċi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja fuq kull portafoll individwali:

(a)

il-lista ta' self individwali li portafoll huwa magħmul minnu;

(b)

ir-rata tal-imgħax medja annwali ppeżata fuq is-self f'portafoll;

(c)

id-distribuzzjoni ta' self skont il-kategorija tar-riskju, f'perċentwali u numri assoluti;

(d)

għal kull self li jkun magħmul minnu portafoll, informazzjoni ewlenija, inkluż mill-inqas rata tal-imgħax jew kumpens ieħor lill-investitur, id-data ta' maturità, il-kategorija ta' riskju, l-iskeda għar-ripagament tal-kapital -u l-ħlas tal-imgħax, il-konformità ta' sid il-proġett ma' dik l-iskeda ta' pagament parzjali;

(e)

għal kull self li minnu jkun magħmul portafoll, miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju inkluż fornituri ta' kollateral jew garanti jew tipi oħra ta' garanziji;

(f)

kwalunkwe inadempjenza fuq ftehimiet ta' kreditu minn sid il-proġett fl-aħħar ħames snin;

(g)

kwalunkwe tariffa mħallsa fir-rigward tas-self mill-investitur, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew sid il-proġett;

(h)

jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun wettaq valutazzjoni tas-self:

(i)

il-valutazzjoni l-aktar reċenti;

(ii)

id-data tal-valutazzjoni;

(iii)

spjegazzjoni għaliex il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv wettaq il-valutazzjoni; u

(iv)

deskrizzjoni ġusta tar-ritorn reali probabbli, filwaqt li jittieħed kont tat-tariffi u r-rati ta' inadempjenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.